Lokali
F’Malta biex jirrakkonta kif minn bankier sar ‘whistle-blower’ u spiċċa l-ħabs

Wieħed mill-akbar ‘whistleblowers’ fl-istorja bankarja, Bradley Birkenfeld, jinsab Malta biex jirrakkonta l-istorja tiegħu li fl-2005 kienet waslet biex bdiet tiżżarma l-purtiera tas-segretezza mis-sistema bankarja; sistema li kienet maħsuba prinċipalment għall-evażjoni tat-taxxa.

L-ex bankier Bradley Birkenfeld kien il-whistleblower li kixef l-intriċċi tal-bank Żvizzeru UBS li kien jgħin il-klijenti biex jevadu miljuni ta’ dollari f’taxxa, qal li ma setax jinjora din is-sitwazzjoni li biha l-bank kien qed jikser il-liġijiet. Qal li l-ilmenti tiegħu mad-dipartimenti legali u tal-‘compliance’ tal-bank ġew injorati. Minħabba f’hekk irreżenja minn manager tal-bank u mar l-Istati Uniti fejn għarraf lill-awtoritajiet b’dak li qed iseħħ.

“You have not only a legal issue but an ethical issue,” tenna Birkenfeld, li bl-azzjoni tiegħu heżżeż mill-qiegħ is-segretezza li bihom kienu jimxu l-banek Żvizzeri. Dan wassal biex il-UBS kellu $780 miljun lura f’multi u penalitajiet skont ftehim bejn il-bank u d-dipartiment tal-ġustizzja Amerikan fi Frar tal-2009. Huwa qal li b’dan il-ftehim ingħataw amnestiji lil 14,700 klijent li fl-investigazzjonijiet ammettew li kellhom kontijiet sigrieti biex jevadu t-taxxa.

F’Settembru tal-2012, Birkenfeld ngħata kumpens ta’ $104 miljun għad-danni li sofra wara li f’Awwissu ta’ sentejn qabel, kien intbagħat erbgħin xahar ħabs u mmultat $30,000 minħabba li kixef is-sigrieti bankarji.

“I can’t be concerned with people not liking me, of course they don’t like me, they’re certainly lawyers and bankers and trust officers who don’t like me, but they have to understand, the game’s over,” qal Birkenfeld. “The free ride has been going on for too long and its time to change, and the world ‘s changing and we need this, we need the change to happen globally.”

Birkenfeld jinsab Malta biex iniedi pubblikazzjoni dwar il-vjaġġ tiegħu minn bankier għal whistle blower. Huwa qal li ddokumenta l-esperjenza tiegħu biex jinkoraġixxi lil dawk li jsibu ruħhom f’sitwazzjonjiet simili biex ma jibżgħux jagħmlu dak li hu sewwa u jgħinu lill-awtoritajiet iwettqu l-ġustizzja.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, Joe Farrugia qal li l-baġit juri li hemm xejriet makro ekonomiċi pożittivi ħafna. Qal li l-baġit kien wieħed bla skossi b’enfasi fuq is-sostenabbilità. Qal…

Budget

Il-Kap Eżekuttiv għall-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, Daniel Borg, qal li l-Kamra tilqa’ t-tkomplija tal-Gozo Employment Scheme, il-Film Fund u l-ħolqien tal-Awtorità Reġjonali għal Għawdex, għalkemm qal li wieħed għandu jaħseb ukoll…

Budget

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja qal li l-baġit kien wieħed bilgħaqal. Qal li l-GWU sodisfatta li l-Gvern daħħal diversi tal-GWU fil-baġit. Ara l-kumment ta’ Josef Bugeja:

Budget

B’reazzjoni għall-baġit il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista qal li l-baġit ma ppreżenta l-ebda pjan kif se jlaħħaq mat-traffiku u ż-żieda fil-karozzi, u lanqas kif se jtaffi t-tniġġis. Fost oħrajn, qal…

Aktar