Kultura
F’Malta jkomplu l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li għandhom influwenza Franċiża.

L-influwenza Franċiża f’Malta tmur lil hinn mis-sentejn li damu f’Malta u mit-82 ġurnata li teknikament ħakmuna qabel ma nqabdu fl-imblokk. Fil-fatt tmur qabel il-miġja tagħhom meta keċċew l-ordni tal-kavallieri. Fil-fatt l-influwenza Franċiża f’Malta ġiet mal-Kavallieri ta’ San Ġwann għax b’numru sostanzjali minnhom kienu Franċiżi. Saħansitra 12-il Granmastru minn 28 li servew f’Malta tul il-ħakma tal-Ordni ta’ San Ġwann kienu Franċiżi.

Affarijiet li għadna naraw u mmissu magħhom ta’ kuljum huma fost oħrajn kliem li daħal fl-ilsien Malti, partijiet mill-kodiċi ċivili u anke l-ewwel gazzetta l-Journal de Malte li iktar tard saret il-gazzetta tal-gvern.

Dan minbarra l-fatt li l-Kon Katidral ta’ San Ġwann ġie salvat milli jkun il-katidral Anglikan tal-Ingliżi wara oġġezzjoni mill-Knisja dak iż-żmien, li ħarġet id-dikjarazzjoni tal-ftehim milħuq bejn Napuljun u l-Knisja Kattolika biex dan jibqa’ jintuża mill-Knisja Kattolika.

Ħames xhur ilu Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, u bdew jittieħdu għadd ta’ inizjattivi li jippromwovu l-lingwa u l-kultura Franċiża. F’din il-ġimgħa qed jiġu organizzati wkoll għadd ta’ attivitajiet kulturali b’rabta mal-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija.

F’attività kulturali b’tiżwiqa ta’ arti, letteratura u mużika, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li l-pluraliżmu huwa essenzjali għall-espressjoni tal-kultura ta’ pajjiż. L-udjenza fiċ-Ċentru Papa Ġwanni Pawlu II f’Ħ’Attard semgħet kif huwa importanti li Malta tkattar il-kultura u l-lingwa Franċiża għax fl-aħħar mill-aħħar il-pajjiż jiddependi fuq l-għarfien ta’ lingwi oħra.

Il-Ministru Abela qal “it-tfal jesprimu ruħhom b’mod artistiku u anke bil-mużika u l-letteratura – anke b’kitbiet li kompożituri Maltin għamlu u li ġew tradotti għal-lingwa Franċiża”.

Fid-dinja hawn madwar 300 miljun persuna jitkellmu l-Franċiż, li hi l-ħames l-aktar lingwa mitkellma fid-dinja.

Ara wkoll:

Malta tiċċelebra għall-ewwel darba l-kultura Franċiża

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Għar Ħanex kien għar naturali mal-kosta tal-Qrendi bejn Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi. Din il-formazzjoni ġeoloġika rat l-elementi tan-natura jwasslu biex jumejn ilu l-għar iġġarraf. Minfloku ffurmat tieqa, li iżda…

Lokali

Ir-riħ qawwi mix-xlokk il-lvant, forza 7, tella’ kwantità kbira ta’ ramel fit-triq mill-bajja tal-Għadira. Il-preżenza ta’ daqstant ramel fit-triq ħolqot diffikultajiet għas-sewqan tal-vetturi, b’xi karozzi dehru jinstaqu b’diffikultà. Is-sitwazzjoni kienet…

Lokali

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan, permezz tal-kelliema tiegħu, Morgan Ortagus faħħar il-pożizzjoni tal-Gvern Malta wara li rrifjuta li żewġ ajruplani militari Russi jgħaddu mill-ispazju tal-ajru Malti. L-ajruplani kellhom itiru mis-Sirja għall-Venezwela. Il-Gvern…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena mill-Imsida ttieħed l-isptar wara li baqa’ dieħel f’arblu. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Kosta. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni…

Aktar