Lokali
F’Malta oġġetti sagri minn knejjes kattoliċi fl-Iraq li tkissru mill-ISIS

Il-Fondazzjoni internazzjonali Aid to the Church in Need ġabet f’Malta oġġetti sagri minn knejjes kattoliċi fl-Iraq li ġew imkissra minn terroristi tal-ISIS li ppersegwitaw eluf ta’ Nsara. Il-fondazzjoni qalet li dawn l-oġġetti ser jiġu esebiti f’wirja bil-għan li tqanqal kuxjenza dwar l-insara f’diversi partijiet tad-dinja li qed iħabbtu wiċċhom ma’ persekuzzjoni minħabba l-fidi tagħhom.

Kurċifissi mkissrin u kalċijiet mgħaffgin huma wħud mill-oġġetti sagri li juru l-kruha tal-persekuzzjoni tal-Insara li f’pajjiżi bħal l-Iraq u s-Sirja raw il-knejjes tagħhom jisfaw fil-mira tal-estremisti tal-Isis.

L-isqof ta’ Mosul fl-Iraq qal li l-knejjes tiegħu spiċċaw vvandalizzati mill-ISIS u hu ta permess biex l-oġġetti sagri li sfaw imkissra jiġu Malta biex titqanqal kuxjenza ta’ dak li għaddew minnu l-Insara ta’ Mosul.

Stephen Axisa li jirrapreżenta l-fondazzjoni internazzjonali Aid to the Church in Need f’Malta, qal li eluf kbar ta’ Nsara spiċċaw jgħixu f’terrur u anki faqar estrem minħabba t-terroristi. Huwa qal li l-fondazzjoni li hija bbażata fil-Vatikan, bl-għajnuna ta’ insara oħra qed tgħin lill-insara persegwitati.

Stephen Axisa qal li “ġewwa l-Iraq u s-Sirja minn tal-ewwel biex jistkennu n-nies, skejjel u nfornuhom bl-ikel ta’ kuljum, ġol-ikel nagħmlu elf food basket kuljum.”

Il-wirja tal-oġġetti sagra vandalizzati qed issir fil-knisja ta’ Bon Pastur f’Ħal Balzan. Il-Fondazzjoni Aid to the Church in Need taħdem f’mija u erbgħin pajjiż madwar id-dinja biex tgħin l-insara ppersegwitati, f’pajjiżi Musulmani u fiċ-Ċina u fil-Korea ta’ fuq.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara d-dehra mill-isbaħ li ħadet il-funtana ta’ Tritoni bis-saħħa tar-restawr, persuni li fl-aħħar jiem ittawlu fil-funtana kienu ddiżappuntati meta nnutaw li l-qiegħ kien qed jittebba’ xi ftit. It-tebgħat jidhru donnhom…

Kultura

Il-kantanta Taljana Francesca Alotta tinsab Malta biex għada tkanta flimkien mal-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii Saint Joseph, Raħal Ġdid, f’kunċert b’risq l-Istrina. F’intervista ma’ TVM, Francesca Alotta tkellmet fuq esperjenzi…

Qorti

Żewg Egizzjani li kienu fi triqithom lejn pajjizhom bil-flus li tawhom kollegi taghhom biex jghadduhom lill-familji, spiċċaw fil-għali. Huma ġew akkużati li kienu qed iġorru flus iktar milli tippermetti l-liġi….

Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Aktar