Blockchain
F’Malta se jitwaqqaf l-ewwel bank fid-dinja mmexxi mill-kommunità tal-blockchain

Mistenni jitwaqqaf fix-xhur li ġejjin l-hekk imsejjaħ Founders Bank.  Dan il-bank, meta jingħata l-liċenzja se jkun l-ewwel fid-dinja li se jkun deċentralizzat u mmexxi mill-komunità tal-blockchain.

Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni li fiha jingħad li dan il-bank se jara li jservi lin-negozji fl-oqsma tal-crypto u tat-teknoloġija filwaqt li jagħti soluzzjonijiet bankarji tal-ogħla livell. Min jużah se jkollu aċċess għall-kont kemm fuq mobile phones kif ukoll permezz ta’ applikazzjoni u jkunu jistgħu jużaw il-credit cards li jkunu maħruġa minn Founders Bank stess.

Il-kumpanija bħalissa qed tistenna li tingħata l-liċenzja bankarja f’Malta li hi stmata li tkun maħruġa fl-ewwel nofs tal-2019 u tkun tista’ tospita l-EquitToken Offering permezz tal-pjattaforma Neufund aktar tard din is-sena. L-għan hu li jservi ta’ pont bejn id-dinja finanzjarja tradizzjonali u l-kumpaniji innovattivi fil-qasam tal-crypto.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal fl-istqarrija li qed jilqa’ l-ħidma ta’ Binance biex jitwaqqaf Founders Banks.

Qal li huwa ta’ unur li Malta ntgħażlet bħala l-post għall-ewwel komunità globali li se jkollha bank fl-istess waqt li jimxi bi trasparenza u r-regolamenti.

Founders Bank se joħroġ offerta permezz ta’ pjattaforma ta’ Neufund u f’ambjent legali joħroġ equity tokens b’Binance – li hi l-ikbar kumpanija ta’ skambji fid-dinja – tkun l-ewwel u l-akbar investitur fi ħdan il-kumpanija.

Malli jingħata l-liċenzja Founders Bank se jibgħat sinjal ta’ kif jista’ jidher il-futur għall-industrija bankarja.

Il-Fundatur u l-Kap Eżekuttiv ta’ Binance Changpeng Zhao qal li l-kumpanija qed tħares ’l quddiem li tesplora servizzi bankarji varji.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-isbaħ tfajla fid-dinja hija Vanessa Ponce.  Hija Messikana u għandha 26 sena.  Din hija l-ewwel darba li tfajla mill-Messiku rebħet dan it-titlu prestiġġjuż. Iggradwata fil-kummerċ internazzjonali u tagħmel xogħol ta’…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena mill-Pietà nżamm arrestat wara li ġie akkużat li hedded lil missieru waqt argument fid-dar tagħhom f’Ħaż-Żabbar. Jeffrey Sultana wieġeb mhux ħati li nhar is-Sibt li għadda…

Qorti

Themistocles Attard minn Birżebbuġa nfexx jibki u jħabbat idejh fuq rasu malli sema’ li ser jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li wettaq hold up f’ħanut tal-merċa f’Santa Venera u…

Aktar