COVID-19
F’Marzu l-bars u l-każini se jibqgħu magħluqa u r-ristoranti jistgħu jibqgħu miftuħa sa 12am

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, qal li f’Marzu l-barijiet u l-każin se jibqgħu magħluqin. Ir-ristoranti iżda jistgħu jibqgħu miftuħin siegħa aktar filgħaxija, sa nofs il-lejl minflok sal-ħdax.

Waqt li għaraf li l-għadd ta’ każi ġodda qed jiżdiedu kuljum, Dr Fearne qal li fattur għaliex ġara hekk hu l-fatt li mill-aħħar ġimgħa dawk il-persuni li rriżultaw pożittiv bir-rapid test, issa qed jitqiesu bħala każi pożittivi mill-ewwel. Raġuni oħra, stqarr id-Deputat Prim Ministru, hi li n-nies qed jillaxkaw u appella lin-nies jibqgħu jsegwu l-miżuri fosthom li ma jinġabrux iktar minn sitt persuni flimkien f’postijiet pubbliċi. It-tielet raġuni hi l-varjant tar-Renju Unit f’Malta.

Xi 8% ta’ dawk li huma pożittivi huma l-varjant Ingliż u bħalma nafu dan jittieħed iżjed malajr minn persuna għall-oħra.

Ara wkoll:

Se jitneħħew uħud mill-miżuri ristrettivi fid-djar tal-anzjani