F’Mater Dei qed jiġu installati ventilaturi ġodda

Bħala parti mill-istrateġija biex pajjiżna ikun ippreparat għall-każijiet severi tal-Coronavirus, f’Mater Dei waslu iktar ventilators li se jintużaw fl-eventwalità li l-pazjenti jippreżentaw sintomi severi tal-virus.

Fi żjara f’ Mater Dei, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dar iż-żoni l-ġodda fl-isptar li qed jinqalbu f’ ITUs u li issa huma mgħammra b’ventilator ma’ kull sodda. Intqal li s’issa Mater Dei tlestew erba’ żoni ta’ kura intensiva hekk kif qed isiru x-xogħlijiet strutturali biex jiżdiedu dawn l-ispażji fl-isptar.

Fearne fakkar li l-ikbar sfida li qed jaffaċjaw pajjiżi oħra hija n-nuqqas ta’ riżorsi umani u ta’ spazju fl-istparijiet tagħhom għaliex m’humiex ilaħħqu man-numri ta’ pażjenti li qed jeskala b’mod rapidu. Għaldaqstant l-Awtoritajiet tas-Saħħa ta’ Malta qegħdin jaħdmu fuq żewġ strateġiji paralleli, l-ewwel tkun dik li jittieħdu l-miżuri preventivi kollha neċessarji biex ikun limitat in-numru ta’ każijiet ta’ COVID-19 u t-tieni dik li jiżdiedu l-ispazji fejn jiġu rikoverati l-pazjenti, billi jiżdiedu wkoll il-magni li se jgħinu lill-professjonisti tas-saħħa.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

Aktar