COVID-19
F’Mater Dei qed tiġi installata magna speċjaliżżata għat-testijiet tal-COVID19

Magna speċjaliżżata biex tipproċessa t-testijiet tal-COVID-19 li qed tiġi installata f’Mater Dei, se twassal biex aktar minn 800 test kuljum jiġu pproċessati fl-istess jum. Id-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li dan se jwassal biex ikunu identifikati aktar malajr każi ta’ Coronavirus biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex titrażżan din l-imxija.

Mindu bdew isiru s-swabs għall-COVID19, il-laboratorju tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei żied it-testijiet minn ftit għexerien għal aktar minn 700 kuljum. Issa b’magna speċjaliżżata l-laboratorju ser ikun jista’ jagħmel aktar minn 800 analiżi tat-testijiet kuljum li jiġu pproċessati fi ftit minuti. Fi żjara fid-dipartiment tal-patoloġija fl-isptar Mater Dei, id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li se tibda tuża dan l-apparat.

Waqt li segwa l-aħħar preparamenti qabel din il-magna robotika tibda titħaddem fis-sigħat li ġejjin, il-ministru qal li din se tgħin lill-awtoritajiet tas-saħħa fl-istrateġija tagħhom biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus.

Id-Deputat Prim Ministru qal ”iktar ma nagħmlu testijiet f’dan l-istadju biex jekk ikun hemm pazjenti infettivi nindunaw bihom u mhux biss nagħtu kura lilhom imma nistgħu niżolawhom u nwaqqfu milli tinfirex il-cornavirus f’ pajjiżna, iktar nistgħu nikkontrollaw il-mewġa ta’ infezzjonijiet li jistgħu jiġu fuqna.”

Id-Deputat Prim Minsitru qal li Malta kisbet dan l-apparat avvanżat għaliex il-Gvern ħa azzjoni fil-pront u ma xaħħaħx fl-investiment li kellu jsir.

F’Malta proporzjalment għal popolazzjoni hija fost l-aktar pajjżi fl-Ewropa li qed isiru testijiet għall-coronavirus.

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar