Lokali
F’Mejju saru 1,158 kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà b’valur ta’ €320 miljun

In-negozju fil-proprjetá residenzjali kompla sejjer tajjeb ix-xahar li għadda, bl-aktar reġjun fejn seħħ bejgħ ta’ proprjeta’ kien f’Għawdex.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Mejju saru 1,158 kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà, żieda ta’ ‘l fuq minn 600 fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra. Il-valur ta’ dawn il-kuntratti qarreb it-€320 miljun.

Wara Għawdex, l-akbar ammont ta’ kuntratti ġew finalizzati fin-naħa t’isfel ta’ Malta fir-reġjun li jinkorpora l-lokalitajiet ta’ Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra, iż-Żejtun, Birżebbuġa, Marsaskala u Marsaxlokk.

L-anqas li nbiegħet proprjeta’ f’Mejju kienet fil-Kottonera u fil-punent ta’ Malta bħar-Rabat, l-Imtarfa u l-Imġarr.