Barranin
F’Messina 2 irġiel jinqabdu bid-droga f’ambulanza

Fl-aħbarijiet kemm-il darba nisimgħu dwar qabda kbira ta’ droga. Biss f’Messina ġriet aħbar li ma nisimgħuhiex kuljum.

Żewġt irġiel, Francesco Minissale ta’ 39 sena u Gregorio Fiumara ta’ 45 sena ġew arrestati wara li nqabdu bi 30kg marijuana f’ambulanza.

Is-sejba saret meta xamm id-droga kelb tal-pulizija waqt ċekjaturi li jsiru fil-vetturi li jkunu fi triqithom f’Messina.