Barranin
F’Moska madwar 40,000 jipprotestaw u jsejħu għal elezzjonijiet ħielsa

F’Moska madwar 40,000 ħarġu jipprotestaw isejħu għal elezzjonijiet ħielsa.

Id-dimostranti ħarġu fit-toroq għar-raba’ ġimgħa konsekuttiva minkejja l-preżenza qawwija tal-Pulizija u l-arrest ta’ wieħed mill-attivisti ewlenin tal-Oppożizzjoni, Lyubov Sobol lejlet id-dimostrazzjoni.

Id-dimostranti qed isejħu lill-awtoritajiet biex iħallu kandidati tal-Oppożizzjoni jikkontestaw l-elezzjoni għat-tmexxija ta’ Moska li se ssir x-xahar id-dieħel.

Is-Sibt li għadda l-awtoritajiet ma tawx permess għall-protesta iżda d-dimostranti ħarġu xorta u madwar elf minnhom ġew arrestati. L-aħħar protesti kontinwi fuq din l-iskala saru bejn l-2011 u l-2013 minħabba allegat tbagħbis elettorali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Franċiż Emmanuel Macron laqa’ lill-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez f’Pariġi jumejn qabel is-summit Ewropew li mistenni jitlaqqa’ għall-ewwel darba wara l-pandemija fi Brussell. Fuq nett tal-aġenda mistenni jkun hemm…

Barranin

Il-kumpanija tat-tekonoloġija Apple mhux se tkun obbligata li tħallas mat-€13-il biljun f’taxxi b’lura lill-Irlanda wara li rebħet l-appell li fetħet quddiem it-tieni l-għola Qorti fl-Unjoni Ewropea. Il-Qorti Ewropea irrevokat deċiżjoni…

COVID-19

Hong Kong reġa’ daħħal fis-seħħ miżuri stretti biex tinżamm id-distanza soċjali fl-isfond tat-tielet mewġa ta’ coronavirus li qed tinfirex mal-belt. Il-passiġġieri kollha fuq it-trasport pubbliku huma obbligati li jilbsu maskra….

COVID-19

Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-pandemija tal-Covid-19 se tkompli tiggrava jekk il-gvernijiet mhux se jieħdu iktar azzjoni deċiżiva f’pajjiżhom biex jikkontrollaw l-imxija. Adhanom…

Aktar