Barranin
F’Napli: Joħorġu jipprotestaw bi vjolenza fit-toroq kontra l-miżuri tal-Covid-19

Folol kbar ta’ nies ħarġu jipprotestaw fit-toroq ta’ Napli hekk kif żdiedu l-miżuri restrittivi minħabba l-pandemija u qed isiru diskussjonijiet fuq lockdown ieħor.

Il-pulizija kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ biex jipprovaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni fejn il-protesti spiċċaw bi vjolenza u saru diversi ħsarat fosthom fuq il-vetturi tal-pulizija.

Il-folla qed tipprotesta kontra l-lockdown hekk kif temmen li l-gvern għandu jħallas lin-nies jekk dawn ma jitħallewx imorru jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. Filwaqt li jifhmu li s-saħħa tiġi l-ewwel u qabel kollox, qalu li bla flus la tgħannaq u lanqas tbus.