Barranin
F’New York: Iwissi li r-restrizzjonijiet il-ġodda huma l-aħħar ċans biex il-pandemija ma tkomplix teskala

Għadd ta’ restrizzjonijiet daħħlu fis-seħħ f’New York bl-iskop li titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19, bis-sindku Bill de Blasio jwissi li huwa l-aħħar ċans biex is-sitwazzjoni tal-Covid-19 ma tkomplix teskala.

Barijiet, ristoranti u gyms għandhom jgħalqu sal-għaxra filwaqt li persuni jistgħu jiltaqgħu biss fi gruppi ta’ għaxra jew inqas.

Kien hemm żieda fenomenali fl-għadd ta’ każi tal-Covid-19 fl-Istati Uniti, b’rekord ta’ iżjed minn 65,000 Amerikan jingħataw il-kura fl-isptarijiet nhar l-Erbgħa.

Il-proġett tal-contact tracing tal-Covid irrapporta rekord ta’ iżjed minn 144,000 każ ġdid. Hemm ukoll medja ta’ iżjed minn 900 persuna li qed imutu kuljum bil-virus.

Min-Novembru, l-għadd ta’ każi qabżu l-għaxar miljuni u kien hemm kwart ta’ miljun persuna li mietu b’kaġun dirett tal-imxija.