Barranin
F’NY: Kienet qed terfa’ l-pram meta waqgħet u mietet mad-daqqa

Malaysia Goodson, omm ta’ 22 sena mietet f’inċident sfortunat f’subway ta’ New York.

L-omm kienet qed iġġorr il-pram ta’ bintha u nieżla t-taraġ meta tfixklet u waqgħet it-taraġ.

Hija ġiet iċċertifikata mejta f’Mt Sinai West Hospital. B’xorti tajba bintha Rhylee ta’ sena, ġarrbet ġrieħi ħfief.

L-inċident qajjem dibattitu sħiħ dwar l-aċċessibbiltà fis-subway tal-belt.

Familtha qalu li Malaysia kellha ħafna basktijiet f’idha kif ukoll il-pram u bintha.