Barranin
F’Ohio pulizija jispara u joqtol tifla

F”Ohio, uffiċjal tal-pulizija spara u qatel tifla ta’ karnaġġjon skur waqt li ssejjaħ fuq rapport ta’ attakk.

L-isparatura seħħet ilbieraħ filgħaxija fil-belt kapitali ta’ Colombus.

Fil-filmat meħud mill-bodycam jidhru diversi persuni jattakkaw persuna meta Ma’Khia Bryant ta’ 16-il sena sofriet minn diversi tiri. Rapporti qed jgħidu li t-tifla bdiet ixxejjer sikkina lejn tifla oħra, bil-Pulizija jisparalha minn tal-inqas erba’ darbiet.

Sadanitant, għaddejja inkjesta fuq il-każ bl-uffiċjali jsejħu għall-kalma fost ir-residenti. Is-Sindku qal li sa issa għadhom ma jafux id-dettalji tal-każ.

Il-każ seħħ ftit minuti biss qabel ma’ Derek Chauvin instab ħati għall-qtil ta’ George Floyd.