FILMAT: Merħba ta’ reġina għal Destiny wara r-rebħa fil-JESC 2015

Il-kantanta Destiny rebħet il-Junior Eurovision Song Contest u b’hekk Malta tista’ terġa’ torganizza dan il-festival Ewropew għat-tieni darba fi tliet snin. Friska mis-suċċess fil-Bulgarija, il-kantanta Destiny waslet lura Malta aktar tard waranofsinhar u ngħata merħba sabiħa minn folla mdaqqsa fl-ajruport.

Fis-sala tal-wasla ppakjata bin-nies, minn tfal sa anzjani li stennewha bi ħġarhom bi bnadar u fjuri f’idejhom filwaqt li jkantaw id-diska ‘Not My Soul’, il-kantanta Maltija Destiny Chukunyere waslet lura Malta u ngħatat merħba ta’ eroj. Is-sodisfazzjon fuq wiċċ Destiny kien evidenti waqt li żammet it-trofew li rebħet f’dak li jista’ jitqies bħala lejl tal-ħolm.

Mal-wasla tagħha, Destiny qalet, “Nixtieq nirringrazzja lill-PBS tal-opportunità li tawna, nirringrazzja lil Anton. Nirringrazzja wkoll lill-Maltin u l-Għawdxin tas-support kbir li tawni u lill-Ewropa u l-Awstralja talli vvutaw għalija.

Żiedet tgħid li qed tħoss, “Ferħ kbir għax ksirna ir-rekord. Malta kisbet l-aqwa numru (ta’ punti) minn kemm ilu jsir il-Eurovision.”

Il-parteċipazzjoni ta’ Malta kienet f’idejn il-Public Broadcasting Services. Madanakollu il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard kellu rwol doppju, billi wara s-suċċess tas-sena l-oħra, kien fdat bil-produzzjoni tal-ispettaklu fil-Bulgarija.

Il-Kap Eżekuttiv Anton Attard qal, “Wara li ospitajna il-Junior Eurovision is-sena l-oħra, l-EBU rrakomandat li nikkonsulta lit-televiżjoni tal-Bulgarija, biex inżommu il-livell tal-produzzjoni u ntejbu fuqha, ingaġġajna diversi nies fosthom Maltin biex inżommu dak il-livell ta’ produzzjoni. Huwa ta’ unur li minn pajjiż żgħir jiġu msejħa nies biex iżommu dan il-livell.”

Intant iċ-Chairman tal-PBS Dr Tonio Portugese qal, “Nirringrazzja lid-delegzzjoni kollha tal-PBS, lil Anton Attard li kellu unur għall-PBS. Il-Ħead tal-Bulgarian Television irringrazzjatni ukoll għall-expertise li tajna.”

Filwaqt li qal li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern, il-PBS u l-EBU dwar il-possibilità li l-Junior Eurovision Song Contest isir f’Malta is-sena id-dieħla, il-Ministru Owen Bonniċi qal li r-rebħa ta’ Destiny kompliet tixhed it-talent li għandna f’pajjizna. “Dan hu vot ta’ fiduċja fit-talent tal-artisti Maltin. Aħna nemmnu fit-talenti li għandna f’pajjiżna u issa qegħdin b’mod ċar fost l-aqwa fl-Ewropa.”

Waqt l-ispettaklu li xxandar madwar diversi pajjiżi, l-għajta ‘Malta’ dwiet mal-Ewropa hekk kif Malta rebħet dan il-konkors għat-tieni darba fi tliet snin u kisbet rekord ta’ punteġġi f’kemm ilu jsir dan il-festival.

Il-kanzunetta ‘Not my soul’, li mill-bidu ġiet ittimbrata bħala waħda mill-favoriti fl-ispettaklu ta’ din is-sena, saħret is-sala f’Sofia il-Bulgara.

‘Not my Soul’, miktuba minn Destiny stess flimkien ma’ Matt Muxu Mercieca u Elton Zarb, kisbet total ta’ 185 punt.

Aħbarijiet Oħra
Negozju

Malta Chamber of SME’s huwa l-isem il-ġdid għal dik li kienet il-GRTU. Mal-isem inbidlet ukoll il-logo tal-organizzazzjoni, li tgħid li tirrappreżenta mas-7,000 negozju żgħir u medju. Waqt il-preżentazzoni tal-brand il-ġdida,…

Politika

L-Opożizzjoni Nazzjonalista ppreżentat abbozz ta’ liġi dwar il-Ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal fi stqarrija li l-abbozz jipproponi tibdil fil-liġi u l-kostituzzzjoni biex il-Kummissarju tal-Pulizija jibda jinħatar bl-approvazzjoni…

Politika

Bejn nofs l-2018 u nofs is-sena li għaddiet, l-Aġenzija tal-programm ta’ ċittadinaza b’investiment irċeviet 311-il applikazzjoni, dsatax inqas mill-istess perjodu s-sena ta’ qabel, b’żidiet fl-applikazzonijiet mill-Ażja u l-Ewropa. Mindu beda l-programm,…

Trasport

Il-karozzi tal-linja tal-futur mistennija jaħdmu bl-elettriku u konxja minn dan, il-Malta Public Transport b’kollaborazzjoni mal-kumpanija Slovena, TAM varat l-ewwel karozza ta’ dan it-tip f’Malta. Il-General Manager tal-kumpanija, Konrad Pule qal…

Aktar