Politika
Folla ta’ partitarji quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista b’appoġġ lejn il-PM

Illejla barra ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista nġabret folla ta’ partitarji b’turija ta’ appoġġ lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, il-membri parlamentari u l-amministrazzjoni tal-partit. Mal-wasla tagħhom fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għal laqgħa tal-eżekuttiv Nazzjonali tal-partit ngħataw merħba malli waslu mill-Parlament.

Il-laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista qed tiddiskuti u tfassal skeda ta’ kif se jimxi l-proċess għall-ħatra ta’ Mexxej Ġdid tal-Partit Laburista li jrid isir sat-12 ta’ Jannar.

Din se tkun l-ewwel darba li fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ mexxej tal-Partit Laburista se jkunu jistgħu jieħdu sehem it-tesserati kollha tal-partit li ilhom msieħba fil-Partit għal mill-anqas ħames snin. Skont l-istatut, it-tesserati se jkunu qed jivvutaw biex jagħżlu wieħed miż-żewġ kandidati finalisti fl-aħħar fażi tal-elezzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Xafiero Lantveld, Olandiż ta’ 23 sena tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga kokaina. Fil-Qorti ntqal li hu ġie arrestat f’lukanda f’Tas-Sliema wara li l-pulizija rċeviet informazzjoni li kien qed…

Qorti

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, waqqa’ kawża ta’ libell li kien fetaħ kontra l-ġurnal The Malta Independent dwar storja li fiha qal li fl-2014 saret transazzjoni finanzjarja…

Kronaka

Bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-lejl illi għadda, il-Pulizija wettqet mat-80 spezzjoni, f’diversi stabbilimenti madwar Malta u Għawdex. B’kollox ġew imħarrka mal-100 persuna li nqabdu jpejpu fl-istabbilimenti. Madwar 50…

Lokali

BirdLife Malta qalet li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jpoġġi lir-regolatur tal-kaċċa taħt il-Ministeru għal Għawdex hija dijabolika. Fi stqarrija hija kkundannat din id-deċiżjoni li sejħitilha bħala waħda purament elettorali. Fi…

Aktar