Ambjent
Fomm ir-Riħ privat – il-gvern f’taħditiet mas-sid għal aċċess lill-pubbliku għax-xatt

Il-Ministeru għall-Ambjent u l-Ippjanar ta lil Television Malta pjanta mir-Reġistru tal-Artijiet li turi li ż-żona ta’ Fomm ir-Riħ hi privata u ilha hekk għal għexieren ta’ snin.

Kelliema tal-Ministeru tal-Ambjent wieġbet għal domandi dwar grada tal-ħadid li twaħħlet dan l-aħħar u li għalqet għall-pubbliku l-aċċess għal din il-bajja.

Il-kelliema għall-Ministeru qalet li l-grada tpoġġiet mis-sid tal-art minħabba periklu u r-responsabilitajiet li s-sit iġorr miegħu bħalissa. Qalet li l-ministeru hu infurmat li l-grada tneħħiet biex is-sid japplika formalment mal-Awtorità tal-Ippjanar. Żiedet tgħid li l-gvern qed jaħdem biex jidħol f’arranġament mas-sid biex jingħata lill-pubbliku aċċess adekwat għax-xatt filwaqt li jiġi rispettat id-dritt ta’ din il-proprjetà privata.

pjanta Fomm ir-Rih