Lokali, malta
Fond ġdid għall-pjattaformi tal-industriji kreattivi

Il-Kunsill Malti għall-Kultura qed iħeġġeġ lill-individwi, għaqdiet u kumpaniji fl-industrija kreattiva biex jiffurmaw clusters biex ikunu intitolati għall-fondi li jsaħħu s-sostenibilità tagħhom fis-suq. Il-Kunsill spjega li dawn il-clusters ser jikkwalifikaw għall-fondi fuq medda ta’ tliet snin.

FabLab hija design cluster minn fost 1,200 li hawn mifruxin madwar id-dinja. Il-Perit Sean Buttigieg, li huwa wieħed mill-ko-fundaturi u direttur ta’ FabLab f’Malta qal li f’sena u nofs offrew is-servizzi tagħhom lil madwar 1,200 klijent Malti.

“Fis-settur tad-disinn ngħinu lin-nies kreattivi biex joħolqu idea u jimmaterjalizzawha”, qal id-Direttur u ko-furndatur ta’ FabLab Malta, Sean Buttigieg.
FabLab tista’ sservi ta’ eżempju għal oħrajn fl-industrija kreattiva biex jingħaqdu fi cluster.

Id-Direttur tal-Istrateġija fil-Kunsill Malti għall-Arti Toni Attard nieda programm ta’ fondi għall-industrija kreattiva li tfassal apposta biex jistimula l-iżvilupp sostenibbli tal-proġetti u l-ideat tagħhom.

“dawn jistgħu jħarsu lejn kif flimkien jistgħu jesportaw ix-xogħol tagħhom, kif jistgħu joħolqu servizzi ġodda jew anke prodotti ġodda, u allura l-idea hija li l-industrija tingħaqad flimkien biex tiżviluppa l-futur tagħha”, qal id-Direttur tal-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti, is-Sur Toni Attard.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill, Albert Marshall qal li l-Kunsill qed jaħdem mill-qrib mal-Malta Enterprise u b’dawn il-fondi mistenni jingħata sostenn lill-industrija kreattiva biex tkompli tirredi f’attività ekonomika fiż-żmien li ġej.

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li l-industrija kreattiva saret niċċa li toħloq l-impjiegi tant li bħalissa hawn mat-13,000 ruħ impjegati f’dan is-settur li huma ekwivalenti għal 6% tas-suq tax-xogħol f’Malta.

“Issa irridu nħarsu lejn mudelli ġodda lil jwasslu biex inkomplu noħolqu l-impjiegi u nżidu l-opportunitajiet f’dan is-settur. Allura qed nipproponu fondi għall-clusters tad-disinn li jkunu tal-kultura, media u disinn in ġenerali li jwasslu biex permezz ta’ ftehim mal-Kunsill Malti għall-Arti għal 3 snin jibqgħu jieħdu l-għajnuna”, qal il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici.

Il-Ministru Bonnici qal li huwa stmat li b’dan il-programm se jibbenefikaw mal-50 organizzazzjoni li se jkunu intitolati sa €50,000 fis-sena.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuni li l-ġimgħa li għaddiet żaru ċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid stqarrew ma’ tvm.com.mt li baqgħu ddiżgustati bl-iskart goff mormi barra dan iċ-ċimiterju. L-iskart intlemaħ barra l-ħitan taċ-ċimiterju, mid-daħla ta’ Triq…

Lokali

Fl-intervent tiegħu llum fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika s-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li qal ġie żarmat mir-riżorsi bit-tluq ta’ diversi uffiċjali għolja u fl-istess waqt qal li daħlu 27 pulizija…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-pjan tal-Gvern għall-Airmalta meta kien qed jindirizza l-Parlament.  Huwa appella għal ftehim mal-unions għax wissa li l-pjani tal-Gvern għat-tkabbir tal-Air Malta ma jkunx sostennibli…

Lokali

Fil-jiem li għaddew bosta kkummentaw fuq il-media soċjali dwar l-inkonvenjent li ħoloq vann meta kien qed jimblokka l-bankina fi Triq it-Torri tas-Sliema. Jirriżulta li l-vann tħalla pparkjat mill-iktar żoni ffrekwentati…

Aktar