MEUSAC
Fondi Ewropej għall-Ġemellaġġi bejn l-Ibliet

Spiss nisimgħu b’lokalitajiet Maltin u Għawdxin li joħolqu ġemellaġġi ma’ bliet u rħula Ewropej li magħhom ikollhom aspetti komuni.

Permezz ta’ dawn il-ġemellaġġi, l-irħula u l-ibliet tagħna jaqsmu l-ideat u l-prattiċi tajba ma’ lokalitajiet barranin. Iċ-ċittadini miż-żewġ naħat ikunu jistgħu jitgħallmu aktar fuq il-kultura ta’ xulxin.

L-Unjoni Ewropea tippromwovi dawn il-ġemellaġġi bil-programm ta’ fondi li jġib l-isem ‘L-Ewropa għaċ-Ċittadini’. Permezz ta’ dawn il-fondi, dan il-programm jappoġġja proġetti li jlaqqgħu flimkien firxa wiesgħa ta’ bliet li jissieħbu f’avvenimenti ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet.

Proġetti ta’ dan it-tip jistgħu jiffukkaw fuq temi li jkunu f’konformità mal-oġġettivi stabbiliti fil-programm ta’ fondi u l-prijoritajiet tiegħu.
Fost l-oġġettivi nsibu t-trawwim ta’ ċittadinanza Ewropea u t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ċivika u demokratika fl-Unjoni Ewropea.

Min-naħa l-oħra, il-prijoritajiet tal-programm għal din il-miżura partikulari huma: id-diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa u l-isfida tal-ewroxettiċiżmu; il-promozzjoni tas-solidarjetà fi żminijiet ta’ kriżi; it-trawwim tad-djalogu interkulturali u l-ftehim reċiproku, u l-ġlieda kontra l-istigmatizzazzjoni ta’ migranti u gruppi minoritarji.

Il-proġetti kollha għandhom ikunu konformi mal-oġġettivi tal-programm u tingħata preċedenza wkoll lil dawk il-proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet imsemmija.

Din il-miżura hija miftuħa għal bliet u rħula jew il-kumitati ta’ ġemellaġġ tagħhom jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ ieħor li jirrappreżentaw lil awtoritajiet lokali.

Fil-passat, il-MEUSAC diġà pprovda l-assistenza tiegħu lil diversi kunsilli lokali Maltin u Għawdxin biex japplikaw għal dawn il-fondi Ewropej. Infatti, kunsilli bħal dawk ta’ Ħad-Dingli, Marsaskala, u Ta’ Xbiex issottomettew applikazzjoni għal fondi taħt din il-miżura permezz tal-għajnuna tal-MEUSAC u l-proposti tagħhom ġew magħżula biex jieħdu fondi ħalli jimplimentaw proġetti ta’ ġemellaġġi.

Id-data ta’ skadenza li jmiss ta’ din il-miżura hija t-2 ta’ Settembru 2019. Għaldaqstant, dawk l-entitajiet eliġibbli għal din il-miżura li huma interessati japplikaw, għandhom jagħmlu kuntatt mal-MEUSAC fuq 2200 3300 jew [email protected]

Tagħrif miġbur minn:

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel Għawdxi ttieħed l-isptar għall-kura wara li kien involut f’inċident fil-lift taċ-ċinema fir-Rabat Għawdex. Minn informazzjoni li għandu s’issa tvm.com.mt jidher li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni…

Kronaka

Mara ta’ 80 sena li tgħix il-Gżira weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Gżira stess. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq San Albert għall-ħabta tad-9.20am. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih…

COVID-19

Għas-sitt jum infila, l-awtoritajiet tas-saħħa rrappurtaw li ma sabu l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19. Irrapportaw ukoll li kien hemm persuna waħda li fieqet u b’hekk telgħu għal 661 l-ammont ta’…

Kronaka

Mara ta’ 42 sena residenti l-Imqabba, sofriet ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku  dalgħodu fl-Imqabba. L-inċident seħħ għall-ħabat tad-9.10 a.m. fi Triq Ħal Farruġ. Minn stħarriġ preliminari tal-pulizija, jirriżulta li l-mara…

Aktar