Kunsilli Lokali
Fondi għal 16-il Kunsill Lokali biex jagħmlu proġetti fir-raħal

Ġnien il-Gardjola fl-Isla u Ġnien San Ġorġ Preca f’Santa Venera ser jingħataw dehra ġdida bi proġett ta’ tisbiħ li ser issir b’investiment ta’ iktar €350,000. Il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg qal li dawn ix-xogħlijiet ta’ tisbieħ ser ikunu ffinanzjati mill-Fond tal-Awtorità tal-Ippjanar, li fih hemm imġemmgħa kważi €30 miljun biex bihom isiru proġetti fil-komunitajiet.

Proġetti ta’ kważi €350,000 għandhom jagħmlu Ġnien il-Gardjola fl-Isla u Ġnien San Ġorġ Preca f’Santa Venera isbaħ u iktar aċċessibbli għal kulħadd.

Fi Ġnien il-Gardjola li kien pjanat mill-Granmastru De La Sengle fl-1551 ser isirlu xogħol ta’ manutenzjoni inkluż bankijiet u sistema ta’ dawl ġodda. Fi Ġnien San Ġorġ Preca ser isir xogħol ta’ tisbieħ u bandli ġodda.

Dawn huma tnejn biss minn 20 progetti fil-komunità li ser isiru b’investiment ta’ €3 miljun bis-saħħa ta’ fondi miġbura mal-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Waqt il-preżentazzjoni ta’ ċekkijiet lis-16-il kunsill lokali, il-Kap Eżekuttiv, Johann Buttigieg qal li dawn il-proġetti huma b’żieda ma’ oħrajn li saru mill-istess fond. Qal li mill-2017 ‘l hawn saru proġetti fil-komunitajiet b’valur ta’ €7.5 miljuni.

Johann Buttigieg qal “il-flus jiġu minn kontribuzzjonijiet ta’ applikazzjonijiet kemm fl-iskema ta’ regularization kif ukoll f’applikazzjonijiet normali fejn l-Awtorità timponi planning gain jew inkella pagamenti fuq nuqqas ta’ parkeġġ.”

Is-Sur Buttigieg qal li dan il-fond għad hemm miljuni ta’ Ewro u l-Awtorità lesta tikkunsidra proġetti oħra li jitressqu mill-kunsilli.

Johann Buttigieg qal “is-sena l-oħra kienet aħjar mis-sena ta’ qabel għax żdied b’erba’ darbiet l-ammont ta’ flus li ġew mogħtija. Il-fond fih kważi 30 miljun u allura l-appell tagħna huwa ejjew ħalli nkomplu nsebħu l-lokalitajiet tagħna u nagħmlu l-interventi li hemm bżonn speċjalment fuq postijiet li jkunu daqsxejn abbandunati.”

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava qal li sar tibdil sinifkanti fil-proċedura tal-finanzjament ta’ dawn il-proġetti billi l-awtorità qed tħallas bil-quddiem kważi terz tal-flus għal kull proġett. Huwa ħeġġeġ lil kunsilli jiġu b’ideat oħra għal proġetti fil-lokalitajiet tagħhom.

Mario Fava qal “mhux biss inħarsu lejn playing fields jew inkella sistemi konservattivi li ssoltu jkollna fejn jidħlu playing fields.”

Il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg ħeġġeġ aktar kunsilli biex jieħdu l-inizjattiva biex jużaw dawn il-fondi u jinvestuhom fl-infrastruttura tal-lokalità tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew Malta ftit aktar minn 78,000 turist abbord il-vapuri tal-passiġġieri. Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kien hemm żieda ta’ aktar minn 810,000 passiġġier meta…

Xogħol

Ċifri tal-Eurostat juru li Malta hija fost 13-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea li sal-2018 kienet diġà qabżet il-miri tal-impjiegi li kellhom jintlaħqu sal-2020. Il-Eurostat qal li s-sena l-oħra, Malta b’żieda ta’…

Partit Laburista

Il-Partit Laburista permezz tad-deputati Edward Zammit Lewis, Alex Muscat u l-kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Fleur Vella, qal li l-Oppożizzjoni mhix kredibbli meta titkellem dwar il-finanzi tal-pajjiż. Dr Zammit Lewis qal…

Mużika

Freddie Portelli se jkun qiegħed iniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Il-Kbir Għadu Ġej’, li se twitti t-triq għal musical li se jġib l-istess isem tal-kanzunetta. Il-mużika kitibha Dominic Galea filwaqt…

Aktar