Unjoni Ewropea
Fondi għaż-żgħażagħ mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jippromwovi l-valur tas-solidarjetà, partikolarment permezz tal-volontarjat.

Il-Kummissjoni Ewropea ddedikat baġit ta’ €375.6 miljun għal dan il-fond għall-perjodu 2018-2020.

Permezz ta’ proġetti finanzjati minn dan il-programm, żgħażagħ ta’ bejn it-18 u t-30 sena jistgħu jagħmlu esperjenzi ta’:

(i) Volontarjat bħala individwu jew bħala grupp

Bħala individwu: żgħażagħ li jieħdu sehem fi proġett ta’ dan it-tip ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma ta’ kuljum ta’ organizzazzjonijiet f’attivitajiet ta’ solidarjetà, f’perjodu bejn xahrejn u tnax-il xahar, kemm barra mill-pajjiż u kemm fil-pajjiż li jgħixu fih. Dawn iż-żgħażagħ ikunu mistennija jipparteċipaw f’attivitajiet li jkopru t-temi tal-inklużjoni soċjali, l-ambjent, u l-kultura fost oħrajn.

Bħala grupp: timijiet ta’ żgħażagħ ġejjin minn tal-inqas żewġ pajjiżi differenti jistgħu jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ solidarjetà li jistgħu jdumu bejn ġimagħtejn u xahrejn. Minkejja li dawn huma proġetti ta’ perjodu iqsar, l-impatt tagħhom huwa xotra wieħed pożittiv kemm fuq l-individwi u anke fuq il-komunitajiet konċernati. Xi eżempji ta’ attivitajiet li jistgħu jsiru anke fuq perjodu qasir ta’ żmien insibu r-restawr ta’ wirt storiku li tkun ġratlu ħsara minħabba diżastri naturali jew l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet edukattivi f’kampijiet tar-refuġjati.

(ii) Impjiegi u skemi ta’ taħriġ Permezz ta’ dawn it-tipi ta’ proġetti, iż-żgħażagħ jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ solidarjetà li jagħtuhom l-opportunità jipprattikaw xogħol jew impjieg (f’konformità mal-qafas regolatorju nazzjonali), biex itejbu l-ħiliet u l-esperjenza tagħhom u b’hekk isiru aktar impjegabbli u lesti għat-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol.

(iii) Proġetti ta’ Solidarjetà Permezz ta’ dawn il-proġetti, grupp ta’ mill-inqas ħames żgħażagħ jistgħu jimplimentaw proġett ta’ solidarjetà b’risq il-komunità lokali. Infatti, dawn il-proġetti jistgħu jdumu għaddejjin bejn xahrejn u tnax-il xahar u jridu jseħħu fil-pajjiż minn fejn ikunu ġejjin il-parteċipanti.

Fl-2018 il-MEUSAC għenet ħames żgħażagħ, membri tal-Emergency Response and Rescue Corps – CADETS (illum Malta CADETS Corps) biex jissottomettu applikazzjoni għal proġett ta’ solidarjetà li jġib l-isem Protecting our Future! Dan il-proġett, li ġie magħżul għall-fondi u għaldaqstant implimentat miż-żgħażagħ involuti, kien jikkonsisti f’numru ta’ sessjonijiet ta’ tindif ta’ skart f’Wied il-Lunzjata,f’Kerċem, Għawdex, u attivitajiet varji oħra sabiex titqajjem kuxjenza u jiżdied it-tagħlim fuq l-ambjent.

Għal aktar informazzjoni dwar Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u fondi oħra tal-Unjoni Ewropea, tista’ tikkuntattja lill-MEUSAC fuq [email protected] jew 2200 3300.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar