Fondi UE
Fondi min-Norveġja jintużaw f’Malta biex tinqbad kundizzjoni rari fit-trabi tat-twelid

Malta se tibda timplimenta diversi proġetti soċjali bi 8 miljun ewro fondi minn Noverġja u mill-pajjiżi taż-żona Ekonomika Ewropea. Il-proġetti skont il-prijoritajiet maqbula bejn iż-żewġ naħat ser isiru f’diversi oqsma fosthom fl-isptar Mater Dei, mill-Aġenzija Appoġġ u mill-Kunsilli Lokali.

Kundizzjoni rari li minnha f’Malta jkun hawn sa żewġ każi f’sena, fil-qosor magħrufa bħala PKU, se tkun tista’ tinqabad permezz ta’ screening mat-twelid tat-trabi u tiġi indirizzata minnufih biex il-kundizzjoni ma toħroġx ‘il quddiem.

L-iscreening se jibda jsir wara li d-Dipartiment tas-Saħħa bbenefika minn fondi min-Norveġja u mill-pajjiżi taż-żona Ekonomika Ewropea biex fost oħrajn jimplimenta proġetti favur l-inugwaljanza soċjali, waħda mill-prijoritajiet maqbula bejn il-Gvern Malti u l-gvernijiet taż-żona Ekonomika Ewropea.

Proġett ieħor se jsir mill-Aġenzija Appoġġ imsejjaħ “Opportunity Knocks” immirat lejn persuni vulnerabbli f’riskju li jiġu esklużi soċjalment u ieħor minn Heritage Malta biex tiddiġitalizza mal-2,600 esebiti tagħha ħalli tkun tista’ tagħmilhom online.

Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Fondi u Programmi Ewropej, Raphael Scerri qal li l-proġetti jsiru skont kif miftiehem bejn il-partijiet b’enfażi biex jindirizzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali fost oħrajn.

Id-Dipartiment tal-Fondi u Programmi Ewropej, Raphael Scerri qal “din se tiġi implimentata permezz ta’ diversi proġetti li jvarjaw minn proġetti ta’ servizzi ta’ saħħa ġodda li m’għandniex u li se jkunu introdotti fil-ġranet li ġejjin, servizz soċjali min-naħa tal-fondazzjoni għall-ħarsien tas-servizzi soċjali u anki diversi proġetti oħrajn li se jkunu implimentati minn kunsilli lokali urbani fil-ġranet li ġejjin.”

Id-Dipartiment tal-Fondi u Programmi Ewropej se jara li l-fondi jiġu utilizzati skont kif mifthiem u li t-tmien miljun ewro jintużaw kollha.

L-Ambaxxatriċi Norveġiża għal Malta, Margit Tveitan, faħħret il-mod effiċjenti kif l-awtoritajiet Maltijin jużaw il-fondi li jagħti pajjiżha.

“Now for the new programme period we see that social inclusion and the reduction of social disparities and to protect vulnerable people in society those are principles which will be a the forefront in the coming period and that’s something that we as one of the donors are very pleased to see” qalet l-Ambaxxatriċi Tveitan.

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li Ewropa soċjali hi ċ-ċavetta għal diversi sfidi fosthom popolazzjoni li qiegħda dejjem tixjieħ, is-sostenibbiltà tal-benefiċċji soċjali u t-trasformazzjoni diġitali. Żied jgħid li dawn il-fondi jgħinu fl-investimenti neċessarji biex jixxejjnu l-forzi ewroxettiċi u popolisti li qed jiżdiedu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Ewropea sejħet lill-istati membri bi skemi ta’ ċittadinanza u residenza b’investiment biex isaħħu l-kontrolli u l-iskrutinju li jagħmlu fuq l-applikanti minħabba r-riskji li dawn l-iskemi jistgħu jintużaw għal skopijiet…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura li l-abbozz ta’ ftehim finali li se jiġi ppreżentat għall-ftehim mal-grupp Corinthia se jindirizza t-tħassib ġenwin li tqajjem minn kwartieri differenti. Mistoqsi dwar il-valur tal-art,…

Lokali

X Factor Malta ħabbar li r-rebbieħ ta’ The X Factor UK 2018, Dalton Harris se jkun il-mistieden speċjali għall-finali ta’ X Factor Malta. Dalton Harris flimkien ma’ James Arthur nedew…

Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament fisser il-passi li qed jieħu l-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-Oppożizzjoni tappoġġja l-ftehim bejn…

Aktar