Barranin
Footballer Brażiljan ittorturat u maqtul wara li xerred dan ir-ritratt

Daniel Freitas, footballer professjonali tat-tim Brażiljan Sao Bento spiċċa ttorturat u maqtul wara li spiċċa f’nofs skandlu sesswali.

Freitas tilef ħajtu fis-27 ta’ Ottubru fl-età ta’ 24 sena wara li bagħat ritratt tiegħu flimkien ma’ mara ta’ 35-il sena f’sodda.

Jidher li Freitas kien mistieden għal party estravaganti ta’ Allana Brittes, tfajla ta’ 18-il sena, li ġejja minn familja ta’ negozjanti kbar u wara lejl ta’ divertiment u xorb, spiċċa fis-sodda m’ommha.

Daniel fettillu jieħu stessu mal-mara rieqda fis-sodda u bagħtu lil sħabu, mid-dehra b’xi forma ta’ użanza/ċajta bejniethom meta jirnexxielhom ikollhom x’jaqsmu ma’ xi ħadd. Sagħtejn wara li ttieħed ir-ritratt, il-midfielder instab bla ħajja f’bosk ftit ‘il bogħod mir-residenza.

Freitas ġie ttorturat qabel ma nqatel u kien biss wieħed minn sħabu li seta’ jgħaraf lil Daniel li spiċċa sfigurat bil-ġrieħi li kellu. Daniel instab b’għonqu mħanxar u bil-ġenitali maqtugħin barra.

Dwar il-każ infetħet investigazzjoni li sabet lill-familja Brittes ħatja bil-qtil ta’ Freitas. Il-missier, Edison Brittes, ammetta li ħebb għal Freitas u qatlu wara li fetaħ il-bieb tal-kamra tas-sodda u qabdu qed jipprova jistupra lil martu f’daru. L-omm u t-tifla wkoll instabu ħatja bil-qtil u ħabi tal-provi.

Iżda l-Pulizija għadhom qed jistabilixxu jekk Freitas kellux x’jaqsam jew le mal-mara.

Il-klabb li fih kien jilgħab Freitas sellem il-memorja tal-plejer bi tweet fejn esprimew id-diqa tagħhom bl-aħbar filwaqt li wrew solidarjetà mal-ħbieb u l-qraba tiegħu.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar