LGBTIQ
Format simboliku tal-Malta Pride 2020

Iċ-ċelebrazzjoni tal-Malta Pride din is-sena saret b’format simboliku quddiem il-Berga ta’ Kastilja fejn membri tal-komunità LGBTIQ żammew bandiera b’ilwien differenti.

Huma kienu akkumpanjati mill-Prim Ministru Robert Abela, is-Segretarju Parlamentari għal drittijiet indaqs u ugwaljanza, Rosianne Cutajar, u d-deputat speaker tal-parlament u l-kelliema tal-oppożizzjoni għall-ugwaljanza, Claudette Buttigieg.

Kelliema għall-komunità tal-LGBTIQ qalu li ċ-ċerimonja għal din is-sena kienet żgħira b’rispett lejn is-saħħa pubblika.

Qalu li l-messaġġ tal-bandiera hu għarfien għas-sbuħija fid-diversità u tama għal ġejjieni aħjar b’rispett lejn dawk li għandhom ibatu fis-silenzju.

Qalu li mal-bandiera, żiedu l-kulur kannella u iswed, biex jintbagħat messaġġ li ma hemmx tolleranza għar-razziżmu fil-komunitajiet Maltin.