Kultura
Forn uniku jinkixef wara restawr estensiv fil-Berġa ta’ Aragona

Restawr estensiv fil-Berġa ta’ Aragona kixef forn uniku u fdalijiet storiċi oħra ta’ żmien il-Kavallieri. Hu maħsub li ladarba jitlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr f’din il-berġa, dan il-wirt storiku jibqa’ mikxuf u aċċessibbli bħala attrazzjoni rikka oħra tal-Belt Kapitali. Id-dettalji fis-servizz.

Sejba mhux mistennija waqt xogħol ta’ restawr li qed isir fis-sotterran tal-Berġa d’Aragon fil-Belt fejn hemm il-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza. Forn antik li x’aktarx ilu hemm minn meta inbniet l-Berġa fl-1571 instab mirdum bit-terrapien, x’aktarx wara li ġġarrfet parti mill-binja fit-terremot ta’ Sqallija tal-1963 liema terremot inħass f’malat u għamel ġsara kbira kemm lill-Berġa, kif ukoll lill-Knisja tal-madonna tal-Pilar.

Iċ-Chairman tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Stefan Zrinzo Azzopardi flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni qalu li meta bdew jaraw l-pjanti l-antiki tal-Perit Girolamo Cassar u dak li bdew jaraw meta bdew jirrestawraw, indunaw li hemm xi ħaġa mhiex taqbel. Għalhekk bdew jaqilgħu l-art mis-sular ta’ fuq minn wieħed mill-uffiċini tal-Ministeru u malli bdew neżlin l-isfel tfaċċat l-istruttura tal-forn li jaħsbu li ma hemmx ieħor bħalu li għadu fl-istat sħiħ tiegħu fil-Belt.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza, Edward Zammit Lewis qal li l-binja tal-Berġa hija waħda mill-iktar importanti fil-kapitali. Minbarra li hija l-unika Berġa li għadha bl-istess disinn li kien bniha Girolamo Cassar u fiha kienu joqgħodu l-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann, kienet ukoll l-uffiċju taż żewġ Prim Ministri, George Borgf Olivier u Duminku Mintoff bejn l-1921u l-1933 u bejn l-1947 u l-1972.

Il-Berġa ta’ Aragon illum hija skedata fi Grad Wieħed tal-Monumenti Nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tela’ s-siparju fuq id-disa’ edizzjoni tal-Festival Żigużajg, li ser isir fuq medda ta’ għaxart ijiem. Din is-sena mal-130 artist qed jieħdu sehem f’numru ta’ proġetti artistiċi, li fi kliem id-Direttur…

Saħħa

Fl-isptar Mater Dei fil-preżenza ta’ uliedu Sonia u Charlene, Publius Borg kien jidher fi stat ta’ saħħa tajba, jumejn biss wara li sarulu intervent f’qalbu biex jevita attakk ta’ puplesija….

Kultura

Malta mogħnija b’mużewijiet u siti storiċi b’valur u wirt kulturali mprezzabbli fosthom il-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu fl-Ewropa li għadu miftuħ għall-pubbliku. Fil-ħsieb ta’ ħafna nies, il-mużewijiet u…

Lokali

L-Avukat Jean-Pilippe Chetcuti qal li d-ditta legali li huwa msieħeb fiha tilqa’ r-rapport li sar mill-uffiċċju tar-regolatur taċ-ċittadinanza b’investiment (IIP), b’rabta ma’ dak li xxandar minn programm televiżiv Franċiż fuq…

Aktar