Forum Nazzjonali fuq il-Malti: Deċiżjoni daqt dwar kliem barrani fil-Malti

Il-qagħda tal-Malti u t-triq ‘il quddiem kienu diskussi waqt Forum Nazzjonali fuq l-Ilsien Malti. Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li qed jittieħdu diversi passi biex il-Kunsill tal-Ilsien Malti jissaħħaħ.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li wasal iż-żmien li fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti jkun hemm tradutturi u interpreti li jużaw il-Malti fl-istituzzjonijiet Ewropej u li fi kliemu qed jiżviluppaw il-Malti f’oqsma ġodda bħall-qasam xjentifiku, legali u teknoloġiku.

Waqt li xejjen l-idea li hemm il-ħsieb li l-bord tal-Kunsill tal-Ilsien Malti jinbidel b’daqqa ta’ pinna mill-politiċi – qal li aktar nies li jużaw il-Malti għandhom ikunu preżenti f’sotto-kumitati tal-Kunsill.

Fi tmiem il-Forum Nazzjonali fuq l-Ilsien Malti, il-Ministru qal li jeħtieġ li jkun hemm fondi għal iżjed riċerka fuq l-użu tal-Malti, biex ikun evitat li jittieħdu deċiżjonijiet kapriċċużi jew arbitrarji.

Sadanittant, waqt il-forum kienu ppreżentati rapporti fuq temi ewlenin li ħarġu fil-konsultazzjoni pubblika. Dawn trattaw l-użu tal-Malti f’oqsma bħax-xandir u l-edukazzjoni – il-Malti fl-era diġitali u r-rwol tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti.

Il-President tal-Kunsill, il-Professur Ray Fabri, spjega li fadal ħafna xi jsir dwar il-lingwa miktuba għax qal li hemm it-tendenza li l-qari u l-kitba jsiru aktar bl-Ingliż. Dwar il-kliem barrani fil-Malti li dwaru mistennija tittieħed deċiżjoni dalwaqt, il-Professur Fabri qal li jrid jinstab il-bilanċ.

“Noħolqu bilanċ bejn li inti tħalli l-lingwa tipproduċi u ssir iktar rikka fl-istess ħin ma titlifx dak li għandek. U għalhekk hija naqra sitwazzjoni diffiċli u kumplessa pero l-importanti li niddiskutu fuqha u anke l-forum illum wera li hawn interess fil-lingwa.”

Il-forum tmexxa mill-Professur Joseph Brincat, mill-Fakultà tal-Arti. Ma’ tvm.com.mt irrikonoxxa li jeżisti distakk bejn l-akkademiċi u l-poplu.

“Kull individwu jgħid li l-lingwa tiegħu hija lingwa perfetta u kulħadd għandu jitkellem bħalu imma l-verità hija li ħadd ma jista’ jgħid lil ħaddieħor kif għandu jitkellem allura l-mitkellem ovvjament għandek ċerta libertà pero imbagħad meta niġu biex niktbu hemmhekk għandna bżonn daqxejn standard.”

Id-dokumenti li tressqu waqt il-forum se jiġu ppubblikati biex ikunu aċċessibbli għal kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Koppja li ftit tax-xhur ilu adottat tifel mill-Indja esprimiet il-ferħ tagħha fuq is-siti soċjali, kif ukoll wasslet messaġġ biex it-tfal jiġu mgħallma iktar dwar id-diversita’, b’mod partikolari mill-ġenituri stess. Biex…

Kronaka

Viżibilment taħt xokk, Joseph Attard li lbieraħ kien fil-mira tal-ħalliel fil-ħanut tiegħu f’Ħaż-Żabbar, irrakkonta ma’ TVM kif hu, flimkien ma’ żewġt iħbieb tiegħu rreżistew il-ħalliel li anke spara b’arma tan-nar….

Kunsilli Lokali

Il-kunsilli ser ikollhom pubblikazzjoni maħsuba apposta biex tgħinhom jiksbu fondi addizzjonali minn programmi tal-Unjoni Ewropea. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u DAaron Farrugia u s-Sur Parnis. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari,…

Kronaka

Kuntistabbli tal-Pulizija stazzjonat fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga llejla ngħata l-kura fl-isptar wara li sofra xi ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Il-każ ħareġ fil-pubbliku permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ facebook…

Aktar