Barranin
F’Palermo: Jinstab bla ħajja wara li sfida t-temp biex jassisti lill-pazjenti tiegħu

It-tabib Giuseppe Liotta nstab bla ħajja wara 5 ijiem ta’ tfixxijiet. Huwa maħsub li tkaxkar mill-ilmijiet u l-valangi tat-tajn li laqtu diversi żoni fi Sqallija ftit tal-ġranet ilu.

Il-pedjatra kien fi triqtu lejn ix-xogħol meta għeb u ma reġax instema b’aħbaru.

Sal-bieraħ, ma nstab l-ebda sinjal ta’ Liotta ħlief għall-karozza li kien qed isuq u zarbuna minn tiegħu. Huwa maħsub li t-tabib ħareġ mill-karozza biex jipprova jsib xi rifuġju jew xi għajnuna.

Liotta baqa’ jisfida l-maltemp qawwi li ħakem Sqallija biex imur għax-xogħol u jgħin lill-pazjenti ċkejknin tal-isptar ‘Ospedale dei Bianchi’ f’Corleone, fejn kien jaħdem.

Martu Floriana, li hi wkoll taħdem fil-qasam mediku, kienet wissiet u talbet lil Giuseppe biex ma jmurx għax-xogħol.

Il-kollegi u l-ħbieb qalu li se jibqgħu jiftakruh bħala eroj u tabib serju u talbu lill-isptar jiddedika ward f’isem il-memorja ta’ Giuseppe.

Giuseppe Liotta ħalla warajh lil martu Floriana u liż-żewġ uliedu żgħar.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Kurżitajiet

Il-President tal-Liberja u eks plejer tal-football Afrikan, George Weah spiċċa jaħdem mid-dar hekk kif l-uffiċċju tiegħu spiċċa b’infestazzjoni ta’ sriep. Il-President flimkien ma’ ħaddiema oħrajn intalbu ma jersqux lejn il-ministeru…

Aktar