Barranin
F’Palma fi Spanja lockdown bi prekawzjoni minħabba l-vulkan

L-awtoritajiet Spanjoli ħabbru lockdowns ġodda fil-gżira ta’ Palma bi prekawzjoni għas-sigurtà tar-residenti wara li l-vulkan kompla jiżbroffa u qered diversi binjiet fosthom fabbrika tas-siment.

L-awtoritajiet tqabbdu janalizzaw il-kwalità tal-arja biex jiddeterminaw jekk id-duħħan huwiex jikkawża ħsara lil popolazzjoni.

Il-lava mill-vulkan diġà qered 591 ettaru ta’ art u madwar sitt elef persuna kellhom ikunu evakwati minn djarhom f’La Palma fejn il-popolazzjoni tlaħħaq 83 elf ruħ.