Barranin
F’Pariġi: 5 nisa jeħlu l-ħabs wara involviment f’attentat attakk b’bomba f’karozza

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi.

Il-każ imur lura għall-2016 meta Inès Madani, Ornella Gilligmann, Sarah Hervouët, Amel Sakaou u Samia Chalel li llum għandhom bejn it-22 u t-42 sena, kienu involuti f’attakk f’isem l-Iżlam.

Il-pjan tan-nisa sfaxxa fix-xejn wara li ma rnexxielhomx iqabbdu u jisplodu l-karozza b’6 bombli tal-gass, 3 laned diesel u sigarett imqabbad.

Madani, li xogħolha kien li tħajjar nisa jingħaqdu mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu l-Istat Iżlamiku, ġiet ikkundannata 30 sena ħabs mentri Gilligmann, mara miżżewġa u omm ta’ 3, ingħatat 25 sena ħabs.

Hervouët u Sakaou ġew mogħtija 20 sena ħabs kull wieħed mentri Chalel weħlet 5 snin ħabs talli għenet lil Madani tistaħba wara li fallielha l-pjan.

Madani, Hervouët u Amel Sakaou darbu l-uffiċjali bis-skieken meta daħlu jarrestawhom f’appartament.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ix-xjentisti, ħasbu li din il-ħlejqha għosfrot għal kollox wara li ilha ma titfaċċa madwar 30 sena. Dan il-mammiferu, magħruf aħjar bħala mouse-deer jew silver-backed chevrotain, intlemaħ f’foresta fil-Vjetnam u għandu…

Barranin

Minn tal-anqas 12-il persuna mietu f’inċident bejn żewġ ferroviji f’Bangladesh. Fl-inċident indarbu mal-100 persuna oħra iżda l-midruba jafu jiżdiedu hekk kif hemm uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post biex isalvaw lin-nies…

Barranin

Il-Professur Russu, Oleg Sokolov deher quddiem il-qorti ta’ San Pietruburgu lbieraħ mixli bil-qtil makabru ta’ Anastasia Yeshchenko. Sokolov, li għandu 63 sena, u huwa espert fil-qasam tal-istorja speċjalment fejn jidħol…

Barranin

Minkejja l-kritika kollha dwar kif ġiet interpretata t-tema tas-saħħa mentali, il-film Joker għamel profitt qawwi ta’ aktar minn $890 miljun. Joker issa sar l-aktar film ibbażat fuq storja tat-tip comic li…

Aktar