Barranin
F’raħal fil-Polonja ilu ma jitwieled tifel mill-2010

Tim ta’ taħriġ għal pumpiera f’raħal Pollakk hu magħmul minn tfajliet biss. Din mhix xi ħaġa rari f’Miejsce Odrzanskie fejn qed jesperjenza fenominu demografiku.

F’dan ir-raħal fin-naħa t’isfel tal-Polonja ilhom ma jitwieldu subien għal dawn l-aħħar għaxar snin. Għalhekk peress li hemm ħafna aktar nisa milli rġiel, sa minn età żgħira, in-nisa jitħarrġu jagħmlu dak kollu li ħafna għandhom il-perċezzjoni li huwa biss rwol tal-irġiel.

Waqt it-taħriġ, it-tfajliet jitgħallmu jitfu n-nar u jagħtu l-ewwel għajnuna. Fir-raħal jgħixu inqas minn 300 ruħ u mill-2010 ‘l hawn, qatt ma twieled tifel. Is-Sindku tar-raħal Rajmund Frischko qed joffri rigal lill-ġenituri li jkollhom tifel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tmien persuni mietu u 10 oħra ndarbu wara li ħakmu nirien f’lukanda fl-Ukrajna. In-nar, li tkebbes wara nofsillejl għadu mhux magħruf kif qabad. Fil-lukanda, Tokyo Star hemm mal-273 kamra. Il-pumpiera…

Barranin

Miet l-attur u direttur Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Peter Fonda huwa iben l-attur Henry Fonda u ħu l-attriċi Jane Fonda. Fonda kellu bint li hija attriċi wkoll, Bridget…

Barranin

Kelliema għall-Uffiċċju tal-Kap Mediku ta’ New York, ikkonfermat li awtopsja kkonkludiet li l-finanzier Amerikan Jeffrey Epstein ta’ 66 sena, miet kawża ta’ suwiċidju. Epstein instab mejjet il-ġimgħa l-oħra fiċ-ċella tal-ħabs…

Barranin

Politiċi Daniżi qalu lill-President Amerikan Donald Trump li Greenland mhix għall-bejgħ. B’reazzjoni għar-rapporti ppubblikati fil-Wall Street Journal, dwar kif Trump allegatament iddiskuta l-possibiltà li jixtri l-akbar gżira fid-dinja mal-konsulenti tiegħu,…

Aktar