Politika
Francis Zammit Dimech jinħatar Segretarju Ġenerali sakemm issir ir-riforma interna fil-PN

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista vvuta favur li Francis Zammit Dimech jinħatar bħala Segretarju Ġenerali interim sakemm issir ir-riforma interna fil-partit li qed imexxi Louis Galea.

F’kummenti lill-ġurnalist wara laqgħa tal-Eżekuttiv li damet għaddejja sas-sighat bikrin ta’ filgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li waqt il-laqgħa li damet għal aktar minn ħames sigħat ma qamitx diskussjoni dwaru bħala kap tal-Partit.

Mistoqsi dwar id-deputati li qed jopponu għat-tmexxija tiegħu Dr.Delia qal d-deputati ma jistgħux iwarrbu l-kap tal-Partit. Mistoqsi dwar il-kitba ta’ Jason Azzopardi fuq Facebook ilbieraħ li fiha allega li 17 il-membru parlamentari jriduh jirriżenja, Dr. Delia qal li f’dan il-mument il-partit m’għandux bżonn eroj iżda politiċi eqreb lejn in-nies.

Il-ħatra ta’ Francis Zammit Dimech saret wara r-riżenja tad-deputat Clyde Puli minn Segretarju Ġenerali l-ġimgħa l-oħra. Ir-riżenja tas-Sur Puli kienet it-tielet waħda f’ġimgħa, wara li kemm il-Viċi Kap Robert Arrigo u l-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono ħabbru r-riżenji tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar