Qorti
Francis Zammit Dimech jirbaħ libell kontra Alfred Sant

L-Ewroparlamentari u eks Ministru Nazzjonalista Francis Zammit Dimech rebaħ libell kontra l-Ewroparlamentari u eks Prim Ministru Alfred Sant, b’dan tal-aħħar jiġi ordnat iħallas €2,000 lil Dr Zammit Dimech.

Il-każ kien dwar intervista li Dr Sant ta lil The Sunday Times of Malta ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008, li fiha kien allega li kien hemm tixħim biex parti mill-kuntratt tal-kunċerti tal-MTV tkun maħsuba għall-finanzjament tal-kampanja elettorali ta’ Dr Zammit Dimech, dakinhar Ministru tat-Turiżmu.