COVID-19
Raġel immultat €9,000 – Jinqabad jikser il-kwarantina ħames darbiet

L-awtoritajiet issuktaw bl-ispezzjonijiet biex jassiguraw li persuni li suppost jinsabu fi kwarantina obbligatorja baqgħu ġewwa. S’issa telgħu għal 11 id-drabi fejn instabu nuqqasijiet, b’aktar minn nofshom immultati €3,000.

L-aktar immultat s’issa hu Franċiż li tella’ €9,000 f’multi għax inqabad jikser id-direttiva ħames darbiet. Il-Franċiż inqabad tliet darbiet mhux fi kwarantina meta l-multa kienet ta’ €1,000 u reġa’ nqabad darbtejn oħra meta żdiedet il-multa u ġie mmultat €6,000 oħra.

Id-Direttur tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, Clive Tonna, qal li kien hemm erba’ persuni oħra li ġew immultati €3,000: żewġ Indjani, Taljan u Malti. Sal-bieraħ filgħaxija, saru total ta’ 1,021 spezzjoni f’Malta u Għawdex.