COVID-19
Franza, Spanja u l-Greċja b’żidiet inkwetanti f’każijiet ġodda ta’ Covid-19

Franza, Spanja u l-Greċja kien fost il-pajjiżi Ewropej li rreġistraw żidiet rekord tal-każijiet ġodda ta’ coronavirus u nisslu biża’ li din tista’ tkun it-tieni mewġa tal-pandemija fl-eqqel tal-btajjel tas-sajf.

F’24 siegħa, Franza rreġistrat 1,695 każ ġdid – l-ogħla ammont f’aktar minn xahrejn u b’hekk l-ammont totali ta’ każijiet f’dan il-pajjiż tela’ għal 228,576.

Spanja rreġistrat 1,772 infezzjoni ġdida f’perjodu ta’ 24 siegħa u dan għolla l-ammont ta’ każijiet għal 305,767.

Sadattant fil-Greċja ġew irreġistrati 124 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa u dan għolla l-ammont totali ta’ każijiet f’dan il-pajjiż għal 4,973.

Il-każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’diversi pajjiżi reġgħu bdew jiżdiedu wara li l-pajjiżi bdew jillaxkaw ir-restrizzjonijiet li kienu għarrqu l-ekonomija globali.

Iżda hekk kif il-gvernijiet qed jippruvaw idawwru r-rota ekonomika wara l-istaġnar li ġabet magħha l-pandemija, il-miżuri ta’ prekawzjoni bħaż-żamma tad-distanza soċjali, qed ikunu aktar diffiċli biex jiġu nfurzati.

Aħbarijiet Oħra

Il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Covid-19 f’pajjiżna fejns e tagħti rendikont tal-aħħar żviluppi dwar l-imxija. Din se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, il-paġna Facebook ta’ TVM kif…

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jinsisti li l-edukazzjoni tat-tfal hija importanti, u li jekk ġenerazzjoni ta’ tfal u żgħażagħ jitilfu sena sħiħa ta’ edukazzjoni, se jkollha konsegwenzi…

Minn issa jekk ikollok l-app Covid Alert Malta tista’ tiċċekkja jekk kontx f’kuntatt ma’ persuna li kienet infettata bil-Covid. Din l-app se tkun qed issaħħaħ ix-xogħol tal-contact tracing li jsir…

Aktar