Barranin
Franza tibda t-tielet lockdown nazzjonali

Franza tibda t-tielet lockdown nazzjonali. Kulħadd ġewwa mis-sebgħa ta’ filgħaxija tul il-lejl kollu u obbligatorju: xogħol mid-dar.

Fi Franza, l-iskejjel se jingħalqu għal mill-inqas 3 ġimgħat bħala parti minn restrizzjonijiet ġodda biex tiġi indirizzata iż-żieda fil-każi ġodda ta’ COVID. Il-President Emmanuel Macron qal li min-nhar it-Tnejn, il-lezzjonijiet se jibdew isiru online.

Il-ħwienet kollha li mhux essenzjali se jagħlqu min-nhar is-Sibt u se jkun pprojbit l-ivvjaġġar ta’ aktar minn 10 kilometri ‘l bogħod mid-dar mingħajr ma jkun hemm raġuni valida.