Barranin
Franza: Tinfetaħ inkjesta dwar il-mod kif il-gvern ħadem kontra l-imxija tal-Coronavirus

Qorti Franċiża ordnat inkjesta dwar il-mod kif il-gvern ittratta r-rispons għall-firxa tal-coronavirus bl-investigazzjoni tiffoka fuq l-ex prim ministru Edouard Philippe.

Dan sar wara lmenti li saru minn unions u tobba dwar nuqqasijiet fil-provvisti ta’ apparat mediku waqt il-pandemija.

Philippe irreżenja l-Ġimgħa wara reshuffle fil-kabinett u nħatar minfloku Jean Castex.