Barranin
Franza tinvestiga lill-kumpanija Apple

Franza qed tinvestiga l-allegazzjonijiet li l-kumpanija Apple naqqset il-veloċità tal-operating system tal-iPhones antiki.

Skont il-liġi Franċiża hu reat li l-ħajja ta’ prodott tiqsar intenzjonalment bil-għan li l-klijenti jkollhom jibdluh.

Ix-xahar li għadda, il-kumpanija Apple ammettiet li għamlet użu minn updates fis-software biex tillimita l-effiċjenza ta’ mudelli antiki tal-iPhone. Madankollu, insistiet li għamlet dan minħabba li l-batterija tal-mobiles kienet qed tbatti maż-żmien.

L-investigazzjoni Franċiża qed titmexxa mill-aġenzija tal-protezzjoni tal-konsumatur fi ħdan il-ministeru tal-ekonomija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-familja Rjali rringrazzjat lil dawk kollha li vvjaġġaw għal Windsor biex jattendu għat-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle. Ilbieraħ eluf ta’ nies ħonqu t-toroq tal-madwar biex jaraw lill-koppja fil-ġurnata tant…

Barranin

Dak li hu suspettat li wettaq il-massakru fl-iskola ta’ Santa Fe f’Texas qal lill-Qorti li hu ma qatilx lill-istudenti kollha li sab quddiemu, għaliex ried li jħalli ħajjin lil dawk…

Barranin

Waslet il-bewsa tant mistennija li ssiġillat l-imħabba tal-Prinċep Harry u Meghan Markle, li żżewġu f’ċerimonja fil-Kastell Windsor. Huma ngħaqdu fiż-żwieġ fil-kappella ta’ San Ġorġ fil-preżenza tar-Reġina Elżabetta II u 600…

Barranin

F’Pisa, dik li kellha tkun ġurnata rutina spiċċat f’traġedja għal familja taċ-ċkejkna Giorgia. Jidher li missierha li, kuljum kien iwassal lit-tifla c-child care, nesiha kompletament fil-karozza u baqa’ sejjer ix-xogħol…

Aktar