Barranin
Franza tirritorna lura xabla lis-Senegal…

Franza rritornat lura x-xabla tal-mexxej Omar Saidou Tall lis-Senegal.

Din ix-xabla tmur lura għas-seklu 19 l-għaliex kienet tappartjeni lill-akkademiku u mexxej Afrikan Saidou Tall, li kien il-moħħ wara r-rewwixta kontra l-Franċiżi li kienu okkupaw diversi partijiet tal-Afrika.

Il-Prim Ministru Franċiż, Edouard Philippe rritorna lura x-xabla f’art twelidha, lill-President tas-Senegal Macky Sall, f’ċerimonja f’Dakar.

Macky Sall qal li dan huwa jum storiku għas-Senegal. Preżenti għaċ-ċeremonja kien hemm id-dixxendenti tal-mexxej Afrikan.

Philippe qal li dan kien l-ewwel pass fil-proġett li l-iskop tiegħu huwa li jirritorna lura aktar oġġetti marbutin mas-Senegal, li bħalissa jinsabu f’mużewijiet Franċiżi. Fi Franza hemm madwar 90,000 oġġett marbut mal-kultura Afrikana.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Sigħat wara li l-Partit Konservattiv Ingliż iċċelebra l-akbar rebħa elettorali fi 30 sena, Boris Johnson se jżur in-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra. Johnson qal li jittama li din ir-rebħa tal-Konservattivi se…

Barranin

Fl-Istati Uniti l-kumitat ġudizzjarju parlamentari approva żewġ akkużi li dwarhom il-President Donald Trump jista’ jitneħħa mill-kariga. Il-ġimgħa d-dieħla l-mozzjoni dwar l-impeachment ser titressaq għall-vot quddiem il-kungress li huwa ddominat mid-Demokratiċi….

Barranin

Fi New Zealand komplew l-isforzi biex jinstabu żewġ katavri viċin White Island, fejn żbroffa l-vulkan Whakaari nhar it-Tnejn. Iktar qabel, f’operazzjoni delikata mill-armata ta’ New Zealand, ġew irkuprati sitt katavri…

Aktar