Lokali
Franza u Spanja se jieħdu wħud mis-siġġijiet tar-Renju Unit – Malta se tibqa’ b’sitta

Fil-Parlament Ewropew qed ikun propost li s-siġġijiet jonqsu minn 751 għal 705 wara Brexit.   Mit-73 siġġu tar-Renju Unit, se jibqa’ biss 27 li se jitqassmu fost 14-il pajjiż ieħor mis-27 l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Malta mistennija tibqa’ b’sitt siġġijiet fil-Parlament Ewropew, filwaqt li s-27 li tqassmu marru għand il-pajjiżi li huma l-inqas rappreżentati.  L-iktar li se jiżdiedu huma Franza u Spanja li se jingħataw 5 siġġijiet oħra kull wieħed.

46 siġġu li kienu ta’ deputati Ingliżi se jibqgħu bħala riserva f’każ li jkun hemm tkabbir fl-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin.  Il-kompożizzjoni l-ġdida tal-Parlament teħtieġ l-approvazzjoni tal-mexxejja Ewropej fis-summit lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.

PE new composition seats

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tifel ta’ 14-il sena se jiġi operat f’saqajh għal ġrieħi serji li sofra meta kelb tar-razza pitbull attakkah kmieni dalgħodu. Il-każ seħħ ftit wara l-5am fi Triq San Ġwann f’Bormla….

Kronaka

It-toroq Maltin, swew il-ħajja ta’ disa’ persuni li tilfu ħajjithom f’inċidenti serji tat-traffiku bejn April u Ġunju li għadda. Għalkemm l-għadd tal-fatalijiet f’dan il-perjodu kienu tliet darbiet aktar mill-istess perjodu…

Kronaka

Kmieni dalgħodu, membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa wara li raġel ta’ 41 sena waqa’ wara ċint għoli ta’ madwar sitt filati. L-inċident seħħ għal ħabta tal-5.30am, meta l-pulizija…

Kronaka

Ġlieda bejn żewġt irġiel u mara mill-Eritrea wasslet biex il-Marsa sofriet ġrieħi gravi u tinsab għall-kura l-isptar. Il-pulizija qalet li għall-ħabta tas-1am, intalbet l-assistenza tagħha f’restaurant fi Sqaq l-Ajkla fil-Marsa…

Aktar