Edukazzjoni
Frederick Schembri mhux se jkompli fil-kariga ta’ President tal-Kulleġġ Malti tax-Xjenza, Arti u Teknoloġija

Il-President tal-Kulleġġ Malti tax-Xjenza, Arti u Teknoloġija, is-Sur Frederick Schembri, informa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici li mhux se jkompli fil-kariga ta’ President tal-Kulleġġ.

Fi stqarrija ngħad li għalhekk, il-Professur Mark Borg, li jokkupa l-kariga ta’ Viċi President, qed jinħatar Aġent President tal-Kulleġġ.

Il-Gvern irringrazzja lis-Sur Schembri tas-servizz li huwa ta fis-sentejn li dam fil-kariga, fejn l-MCAST kompliet timxi ‘l quddiem bħala kulleġġ ta’ eċċellenza fejn jidħol it-tagħlim vokazzjonali u applikat.

Min-naħa tiegħu, is-Sur Schembri wera disponibbiltà li jkun ta’ servizz f’oqsma oħra marbuta mas-settur edukattiv.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar