Barranin
F’Ruma jmorru għat-tilqima jum qabel l-introduzzjoni tal-green pass

Jum qabel l-introduzzjoni tal-green pass, it-Taljani f’Ruma marru jistennew biex jieħdu t-tilqima.

Bħal ħafna pajjiżi oħra, minn għada l-green pass fl-Italja se jwassal biex it-Taljani jkollhom aċċess għal diversi servizzi u attivitajiet ta’ divertiment. Mindu l-Gvern Taljan kien ħabbar li dawn l-attivitajiet u servizzi se jkunu miftuħa biss għal dawk li jkollhom it-tilqima, in-nurmu ta’ Taljani li tlaqqmu żdied sew.