Festi
AĠĠORNAT: F’San Ġiljan kulħadd jilgħaq ix-xemx u jlegleg il-birra

Eluf ta’ persuni ħonqu San Ġiljan fejn qed jiċċelebraw lil San Patrizju – festa tradizzjonalment tal-Irlandiżi li fl-aħħar snin il-Maltin għamlu tagħhom ukoll.

Il-festa ta’ San Patrizju hija ċċelebrata madwar id-dinja mill-Irlandiżi, id-dixxendenti tagħhom u dawk kollha li ma jħallux festa taħarbilhom, inkluż f’Malta, li fl-aħħar snin saret festa oħra fil-kalendarju kulturali tagħna.

San Ġiljan hi bħal mekka għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-qaddis patrun tal-Irlanda li jibqa’ magħruf għall-evanġelizzazzjoni u li fis-seklu 5 nissel ir-reliġjon nisranija fost l-Irlandiżi.

Il-birra, il-mużika, u fuq kollox il-kulur tradizzjonali Irlandiż iddomminaw il-folla li daħlet sew fl-ispirtu taċ-ċelebrazzjonijiet. Dawn l-kummenti ta’ xi Maltin preżenti:

“Kull sena niġi – atmosfera tal-ġenn, dejjem immur all out, dejjem nixrob il-birra. Il-festa tiegħi din; qisni Irlandiża pura.”

“Naħseb nagħmlu agħar mill-Irlandiżi. Il-patrun mhux tagħna imma aħna l-Maltin kull fejn ikun hemm pjaċir nafu nieħdu bħalhom.”

Ma naqasx is-sehem ta’ Irlandiżi li jinsabu f’Malta għal btala u komplew mal-atmosfera festiva. Dawn kienu uħud mill-kummenti tal-Irlandiżi:

“It’s a celebration of our culture and the people there. We celebrate all around the world. It’s nice that everyone seems to want to join in the day where we celebrate being Irish and being happy.”

“For me, I haven’t been home in 8 months and to see the Irish flags every where – to know that my family is doing the same at home, it’s beautiful.”

Il-festa ta’ San Patrizju qed tiġi ċċelebrata madwar id-dinja fosthom b’parati kbar f’Dublin u fi New York, u avvenimenti oħra madwar ir-Renju Unit.

F’Londra, il-Prinċep William u martu Kate iċċelebraw u segwew parata tal-gwardja Irlandiża. Id-Dukessa ta’ Cambridge żammet mat-tradizzjoni li bdiet ir-Reġina Alexandra fl-1901 u ppreżentat ix-xamrok – il-pjanta b’tliet weraq li hi l-emblema nazzjonali tal-Irlanda – lis-suldati mill-Gwardji Irlandiżi.

‘Il fuq minn 400 post f’iżjed minn ħamsin pajjiż, inkluż l-itwal bini fid-dinja, il-Burj Khalifa f’Dubaj, inxtegħlu bil-kulur aħdar.

U fl-Istati Uniti kompliet it-tradizzjoni annwali li tmur lura għas-snin disgħin, bl-ilma fix-Xmara ta’ Chicago jerġa jinbidel fil-lewn tradizzjonali tal-Irlanda.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi dwar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-10pm u terġa tiġġedded…

Mużika

Malcolm Pisani nieda s-single ġdida bl-isem ‘RISE’, kanzunetta li hi ddedikata lill-Fondazzjoni Rise. B’din il-kanzunetta, Malcolm jixtieq iwassal messaġġ li jekk fil-ħajja tħossok imkisser u bla tama, m’għandekx taqta’ qalbek….

Qorti

Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li fit-23 ta’ Mejju għamel danni fuq il-proprjetà privata f’San Ġiljan waqt li kien fis-sakra. Huwa ammetta l-akkużi u ngħata…

Lokali

7 sigaħt ilu fetħu l-postijiet tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Matul dan il-ħin kienu diversi li marru jivvutaw fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni…

Aktar