Barranin
F’Santiago protesti vjolenti kontra l-għoli tal-ħajja

Xarabanks ħuġġieġa waħda, suldati armati sa snienhom fit-toroq u konfronti vjolenti mad-dimostranti li ħarġu jipprotestaw fil-kapitali Cilena Santiago, ftit jidher li battew. Il-pulizija qalet li kellha tuża l-gass tad-dmugħ biex tferrex lid-dimostranti qalb bini jaqbad inkluż supermarket li ngħata n-nar. Il-protesti bdew fl-aħħar ħmistax fejn kuljum il-pulizija kellha taffronta l-qilla tad-dimostranti li qed joħorġu jipprotestaw kontra l-għoli tal-ħajja, f’dan il-pajjiż meqjus bħala wieħed fost l-iktar b’saħħithom ekonomikament fl-Amerka t’Isfel. Fil-protesti ġew arrestati 179 persuna, ħamsin minnhom żgħażagħ taħt l-età.

Il-protesti waslu biex il-President taċ-ċentru lemin Sebastian Pinera ordna stat ta’ emerġenza f’Santiago, ħaġa li ilha ma ssir mill-aħħar tas-snin tmenin fi żmien id-dittatur Augusto Pinochet. Pinera ltaqa’ mal-ministri tal-kabinet u sejjaħ laqgħa urġenti mal-membri parlamentari kollha iżda dawk fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni baqgħu lura, u insistew li qabel jibdew il-laqgħat, Pinera jrid ireġġa lura ż-żidiet fit-tariffi tat-trasport pubbliku, li kienu r-raġuni ewlenija tal-bidu tad-dimostrazzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fis-sigħat li għaddew reġa’ kien hemm protesti vjolenti fl-Istati Uniti fosthom qrib il-White House, li tqanqlu mill-qtil ta’ George Floyd. Diversi bliet ordnaw lir-residenti biex ma joħorġux mid-djar, iżda ħafna…

Barranin

Kjuwijiet twal barra l-ħwienet li jbigħu x-xorb fl-Afrika t’Isfel, hekk kif mil-lum il-Gvern ippermetta li jerġa’ jibda jinbiegħ l-alkoħol bħala parti mir-rilaxx tal-miżuri li kienu ttieħdu kontra l-imxija tal-Covid-19. L-awtoritajiet kienu…

Barranin

Ir-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra dehret fl-akwati ta’ Windsor Castle riekba żiemel. Din hi l-ewwel darba li r-Reġina dehret barra minn meta beda l-lockdown fir-Renju Uniti minħabba l-imxija tal-coronavirus. Ir-Reġina li…

COVID-19

Il-kap tal-isptar San Raffaele f’Milan l-Italja, Alberto Zangrillo, qal li klinikament il-virus m’għadux jeżisti fl-Italja. F’intervista mar-RAI huwa qal li l-iswab tests li saru fl-aħħar 10 ijiem urew li l-virus huwa…

Aktar