Barranin
F’Seattle eluf ta’ turisti kuljum iżuru ħajt mimli chewing gum

Is-suq ta’ Pike Place, f’Seattle jiġbed eluf ta’ turisti kuljum, li jinżlu mit-taraġ taħt is-suq u jiskopru sqaq mimli chewing gum imwaħħal mal-ħitan. It-tradizzjoni bdiet fil-bidu tas-snin disgħin, meta l-awtoritajiet, li spiċċaw iħokku rashom kif se jeħilsu miċ-chewing gum imwaħħal ma’ kullimkien, iddeċidew li jagħmlu dan l-isqaq bħala attrazzjoni turistika.

U b’hekk bdiet l-istorja tal-Gum Wall. Turisti u viżitaturi jistgħu, wara li jomogħdu sew iċ-chewing gum, iwaħħluh mal-ħajt u jħallu l-messaġġi tagħhom. Il-post sar attrazzjoni, ir-riħa mhux daqstant.

Turista minn San Diego qalet “you know, the smell is undescriptive actually. Coming down this alley gives you a big whiff of something interesting. You definitely smell the gum but you smell the age of the gum ironically, so, it’s interesting.”

Dan l-isqaq tnaddaf kemm-il darba bl-aħħar darba qabel sar attrazzjoni turistika, tneħħa minn miegħu iktar minn kważi elf kilogramma ta’ chewing gum. U llum il-ġurnata jżuruh eluf, speċjalment żgħażagħ li sabu mezz ġdid kif iħallu l-marka tagħhom fuq il-ħajt.