F’disa’ xhur mietu ħames ħaddiema fuq ix-xogħol

L-inċident ta’ dalgħodu li fih ħaddiem tilef ħajtu meta waqa’ bil-krejn fil-baħar huwa l-ħames inċident fatali fuq il-post tax-xogħol mill-bidu tas-sena. Dan qalitu fi stqarrija l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), li tenniet l-importanza li l-postijiet tax-xogħol kollha jagħmlu evalwazzjoni tal-perikli hekk kif mitlub mil-liġi.

L-OHSA qalet li mhux se tidħol fil-mertu tal-każ hekk kif l-investigazzjoni għadha għaddeja, iżda sostniet li dan l-inċident jixhed li mhumiex is-siti ta’ kostruzzjoni biss li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħaddiema. Fil-fatt huma tnejn biss mill-ħames fatalitajiet din is-sena li seħħew f’siti ta’ kostruzzjoni.