Lokali
F’sena bejn 5 u 13-il miljun tunnellata ta’ plastik jispiċċa fil-baħar

Plastic Europe, assoċjazzjoni li tiġbor produtturi tal-plastik minn madwar l-Ewropa, iltaqgħet f’Malta biex tiddiskuti mal-esperti u l-politiċi t-triq ‘il quddiem biex l-ibħra ma jibqgħux iservu ta’ miżbla għal eluf ta’ tunnellati ta’ plastik. L-Ambaxxatur Malti għall-Oċeani, il-Professur Alan Deidun, qal li Malta trid tagħmel ħafna iżjed biex tnaqqas il-plastik li qed jispiċċa fil-baħar.

F’sena, bejn ħamsa u 13-il miljun tunnellata ta’ plastik jispiċċa fl-ibħra internazzjonali.

F’PolyTalk, konferenza organizzata f’Malta minn Plastic Europe, li tiġbor numru ta’ assoċjazzjonijiet Ewropej ta’ produtturi tal-plastik, ġie diskuss il-problema ta’ plastik li jispiċċa fil-baħar.

L-Ambaxxatur Malti għall-Oċeani, il-Professr Alan Deidun, innota kif minn statistika Ewropea, terz biss tal-plastik użat f’Malta qed jiġi riċiklat. Qal li Malta għandha xxammar il-kmiem biex ittejjeb din ir-rata li hija inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Il-Professur Deidun appella biex l-istabbilimenti kummerċjali jiġu inċentivati biex jelimaw l-użu tal-kontinituri tal-plastik.

Alan Deidun qal li “bħala alternattiva imma nippruvaw nagħtu inċentivi lill-istabbilimenti li ser jinvestu fi plastik li jdum iktar; li jista’ jinħasel u jerġa’ jintuża biex kemm jista’ jkun nevitaw is-single use plastic li tużah darba – li huwa wasteful ħafna”

Il-Professur Deidun qal li l-plastik fl-ibħra jitfarrak u jittiekel mill-ħut u dan fl-aħħar mil-aħħar jispiċċa fuq il-platti tagħna.

“Kull darba li tmur fuq ix-xtajtiet, ta’ kull parti tad-dinja, inkluż Malta, ser issib minn dawn il-micro plastics – dawn huma nurdles li ħafna plastics huma magħmulin minnhom – jekk tmur fuq il-bajjiet u tuża għarbiel ser issib minnhom” qal Prof Deidun.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ PlasticsEurope, Daniele Ferrari qal li huma jikkontribwixxu bi programmi edukattivi. Semma kif fl-aħħar xhur, Plastics Europea mexxiet madwar 30 programm edukattiv fost 28 pajjiż fl-Ewropa.

Il-Ministru tal-Ambjent Jose’ Herrera, qal li fost l-oħrajn Malta qed twiegħed li testendi l-protezzjoni ta’ żoni marittimi u li timplimenta pjani ta’ mmaniggjar aħjar tal-istess zoni. Dr Herrera qal li Malta hija impenjata biex sas-sena d-dieħla tirkupra sa 70% tal-plastik iġġenerat fil-gżira billi fost oħrajn tintroduċi skema ta’ rifużjoni fuq ir-ritorn tal-fliexken tal-plastik.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Fl-ewwel reazzjoni għall-Budget, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Budget mhux ser jagħmel differenza fil-ħajja ta’ dawk li m’humiex ilaħħqu mal-ħajja. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li dan huwa Budget…

Budget

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, Joseph Farrugia, jagħti r-reazzjoni tal-MEA għall-baġit 2019:

Budget

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Frank Farrugia, jagħti r-reazzjoni tiegħu għall-baġit 2019:

Aktar