Xogħol
F’sena jinħolqu 11,900 impjieg ġdid

Bejn Mejju tas-sena l-oħra u l-Mejju li għadda, l-ekonomija tal-pajjiż ħolqot ftit aktar minn 11,900 impjieg ġdid. Fl-istess waqt il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’122.

Ir-rekords amministrattivi ta’ Jobsplus maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fuq medda ta’ sena, l-impjiegi żdiedu b’5.8%. Il-ħaddiema f’impjieg jew ifittxu x-xogħol qabżu l-mitejn u tmintax-il elf.

Miċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika joħroġ li bejn Mejju tas-sena l-oħra u Mejju li għadda, ftit aktar minn 11,000 impjieg ġdid jinħolqu fis-settur privat. Minnhom kważi 1,500 bdew jaħdmu għal rashom. Fl-istess perjodu l-ħaddiema mal-Gvern żdiedu b’837.

Ċifri juru wkoll li kien hemm żidiet fil-ħaddiema li għandhom impjieg part time biss u anke l-ħaddiema li barra l-impjieg regolari tagħhom għandhom xogħol part time. Mir-rekords amministrattivi joħroġ li sa Mejju li għadda kien hemm ftit aktar minn 35,000 persuna li għandhom xogħol fuq bażi part time. Kien hemm ukoll ftit aktar minn 29,000 persuna li huma reġistrati ma’ Jobsplus li barra l-impjieg fiss għandhom ukoll xogħol part time.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Il-Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Leo Brincat, qal li s-sitwazzjoni ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil f’pajjiżi bħall-Italja u l-Greċja, sejra mill-ħażin għall-agħar. Is-Sur Brincat, li kien l-awtur tar-rapport tal-Qorti Ewropea…

Ippjanar u bini

Applikazzjoni kontroversjali għal żvilupp fuq sit ta’ villa storika tas-seklu tmintax fiż-Żejtun, ġiet irtirata mill-iżviluppatur. L-applikazzjoni kienet qed titlob li l-Awtorità tal-Ippjanar tibdel iż-żona fejn tinsab Villa Bonici minn waħda…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak…

Aktar