Xogħol
F’sena l-ħaddiema full-time żdiedu bi 12,500

L-aħħar ċifri uffiċjali dwar ix-xogħol maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fuq medda ta’ tnax-il xahar sa Jannar li għadda, il-ħaddiema b’xogħol full-time żdiedu b’aktar minn 12,500. Fil-istess perjodu, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’aktar minn 200.

L-NSO qal li mir-rekords amministrattivi ta’ Jobsplus, l-impjiegi full-time żdiedu b’6.3%. Miċ-ċifri joħroġ li aktar minn 11,600 impjieg li żdiedu bejn Jannar tal-2018 u Jannar li għadda kienu fis-settur privat, waqt li l-impjiegi mal-Gvern żdiedu bi kważi 900. Fl-istess perjodu ta’ sena, il-persuni li jaħdmu għal rashom żdiedu b’aktar minn 1,500.

Is-suq tax-xogħol kien karatterizzat ukoll minn żieda fil-ħaddiema li għandhom xogħol part-time. Dawk li jaħdmu part-time u għandhom impjieg full-time żdiedu b’aktar minn 10% għal ftit aktar minn 28,000. Mill-banda l-oħra, il-ħaddiema li għandhom biss impjieg part time żdiedu b’1.7% u laħqu kważi 34,800.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar