Xogħol
F’sena l-persuni jaħdmu żdiedu bi kważi 11,000 ruħ

L-aħħar statistika dwar l-impjiegi turi li bejn Awwissu tal-2018 u Awwissu li għadda, in-nies jaħdmu żdiedu bi kważi 11,000 ruħ (10,939).

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li mir-rekords amministrattivi ta’ Jobsplus, f’Awwissu li għadda n-nies jaħdmu f’Malta u Għawdex kienu jgħoddu ftit aktar minn 220,000 (220,110); żieda ta’ 5.2% meta mqabbel m’Awwissu tal-2018.

Iċ-ċifri ta’ Jobsplus juru wkoll li fl-itsess perjodu, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’142 u s’Awwissu li għadda kien hemm 1,645 ruħ fir-reġistru tal-persuni li qed ifittxu x-xogħol.

Fis-suq tax-xogħol kien hemm ukoll żieda ta’ 5.1% fil-persuni b’impjieg part time. Iċ-ċifri ta’ Jobsplus juru li aktar minn 30,300 persuna (30,357) kellhom xogħol part time minbarra l-impjieg full time. Kien hemm ukoll kważi 38,000 persuna oħra ( 37,927) li kienu reġistrati li kellhom xogħol part time biss.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar