Lokali
Ara kif isiru l-investigazzjonijiet f’inċidenti bl-ajruplani f’Malta

Il-Bureau għall-Investigazzjonijiet tal-Inċidenti tal-Ajru jagħmel ferm aktar investigazzjonijiet milli naħsbu. Jidħlulu medja ta’ ħames sitwazzjonijiet differenti kuljum li jkun jimmeritahom stħarriġ fid-dettall. Barra minn hekk, din is-sena, il-BAAI investiga seba’ inċidenti li seħħew fl-ispazju tal-ajru Malti. Uħud minnhom kienu jinħtieġu testijiet u analiżi xjentifika fuq materjali u biċċiet minn ajruplani li jkunu ċedew.

Bolt ta’ ajruplan, li ċeda waqt titjira, inġieb hawnhekk f’laboratorju fil-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta, bil-għan li jkun stabbilit il-kif u l-għaliex ġralu hekk. Il-bolt jitpoġġa fil-magna apposta. Jinħoloq vakuum  u bil-mod il-mod ix-xjentist jibda jkabbar l-immaġni biex jara f’aktar dettall fuq l-iskrin.  Minn dan il-viżwal jidher ċar li l-bolt tfekkek għax ma felaħx għall-istress waqt it-titjira.

Il-Professur David Zammit Mangion huwa d-Direttur tal-Istitut għat-Teknologiji Aerospazjali fl-Università ta’ Malta.  Prof Zammit spjega li “aħna nkunu nistgħu nagħmlu analiżi tal-kimika tal-oġġett, naraw jekk kien u kif huwa speċifikat. Naraw għala falla forsi”.

Fil-każ ta’ dan il-bolt, ma rriżulta xejn gravi li seta’ kkawża xi traġedja. Iżda kif jgħid il-Kaptan Frank Zammit, bħala awtorità, il-BAAI hija fid-dmir li tinvestiga anki l-iċken inċidenti – inkluż dawk li ma nisimgħux bihom. B’hekk jittieħdu miżuri korrettivi għall-futur.

Din is-sena l-BAAI investigat 7 inċidenti ta’ dan it-tip. Kollha fuq ajruplani żgħar. L-ebda wieħed fuq ajruplan tal-passiggieri.  Il-Kaptan Frank Zammit qal li “jistgħu jkunu bird strikes, failures ta’ sistemi. Jekk jitilqu aktar minn sistema waħda dak inċident serju allura tinvestigah”.

Fl-istess ħin il-BAAI jkollha medja ta’ 5 rapporti kuljum dwar sitwazzjonijiet oħra li wkoll jistgħu jikkawżaw inċidenti, u li għaldaqstant jkunu jimmeritaw l-attenzjoni sħiħa.  Frank Zammit jistqar li “fejn naf jien. Ħofra fir-runway, għaliex saret din il-ħofra fir-runway ? Ikun hemm foreign objects fuq runway… dwal neqsin… affarijiet hekk”.

Il-Kaptan Frank Zammit saħaq ma’ tvm.com.mt li l-investigazzjonijiet li jsiru mill-BAAI, jibqgħu kunfidenzjali u jintużaw biex isaħħu s-sistemi ta’ sigurtà u mhux biex jittieħdu passi kriminali kontra xi ħadd. Dik l-investigazzjoni issir minn awtoritjaiet oħra kompetenti jekk ikun il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Riċerka ppubblikata fl-aħħar jiem tixħet dawl dwar l-ewwel attentati għas-separazzjoni tal-poteri bejn Stat u Knisja f’Malta. Kien Nicolo’ Muscat – figura prominenti fl-amministrazzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri – li f’nofs is-seklu 18…

Lokali

Ġimgħa wara d-delitt ta’ omm żagħżugħa f’Raħal Ġdid li allegatament inqatlet mis-sieħeb tagħha, bosta għaqdiet speċjalment tan-nisa komplew jitkellmu b’diversi stqarrijiet dwar dan il-femiċidju u l-problema tal-vjolenza domestika. Mill-banda l-oħra…

Annimali

L-Assoċjazzjoni Exotic Finch Malta qed tagħti opportunità oħra lill-pubblika japprezza l-ġmiel ta’ 500 għasfur li minkejja li l-oriġini tagħhom hija barranija tfaqqsu f’Malta wara ħafna studju u esperementazzjoni. Il-wirja li…

Lokali

Il-Malta National Electromobility Platform fi ħdan Transport Malta qed tikkordina diversi inizjattivi u attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Ewropea Tal-Mobbiltà. It-tema għal din is-sena hija “Multimodality – Mix and Move”. Din it-tema…

Aktar